OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/15377 Thu, 13 Nov 2025 11:27:40 GMT 2025-11-13T11:27:40Z It-tempju u l-figura ta’ Ġesù fl-evanġelju skont San Ġwann /library/oar/handle/123456789/139575 Title: It-tempju u l-figura ta’ Ġesù fl-evanġelju skont San Ġwann Abstract: L-Evanġelju skont San Ġwann jippreżentalna lil Ġesù bħala t-Tempju l-ġdid ta’ Alla, tema Kristoloġika programmatika li nsibuha mferrxa man-narrattiva ta’ dan l-Evanġelju. Qed nitkellmu minn aspett tal-Kristoloġija li mhuwiex nieqes mill-kumplament tat-Testment il-Ġdid, għalkemm l-Evanġelju skont San Ġwann joffri żvilupp aktar sistematiku ta’ din it-tema. Dan jagħmlu permezz ta’ serje ta’ allużjonijiet testwali li nsibu f ’numru ta’ rakkonti fejn il-Logos inkarnat huwa muri bħala “il-post” privileġġjat għal-laqgħa bejn Alla u l-poplu tiegħu. F’dan l-istudju sejrin inħarsu lejn din it-tema li tgħinna nifhmu aktar il-mod kif ir-Raba’ Evanġelista fehem il-persuna ta’ Ġesù f ’rabta mat-Tempju. Dan sejrin nagħmluh billi se nikkonċentraw fuq l-episodju ta’ meta Ġesù daħal fit-Tempju u hemmhekk sab numru ta’ bejjiegħa, filwaqt li sfida lil dawk preżenti biex iħottu t-Tempju u jwegħedhom li jibnih fi tlitt ijiem. Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/139575 2025-01-01T00:00:00Z Il-Kristoloġija tal-Evanġelju skont San Ġwann /library/oar/handle/123456789/137604 Title: Il-Kristoloġija tal-Evanġelju skont San Ġwann Authors: Micallef, Martin Abstract: Huma ħafna l-istudji dwar l-Evanġelju skont San Ġwann, xhieda tal-interess kbir li bosta wrew u għadhom juru f’dan “l-Evanġelju Spiritwali.” F’dawn l-istudji nsibu analiżi tal-karattri li jissemmew f’dan l-Evanġelju; tat-temi u s-simboli użati f’din in-narrattiva; analiżi dwar l-istruttura ta’ dan l-Evanġelju; tagħrif dwar l-isfont Lhudi ta’ ħafna mill-ideat u kunċetti li jissemmew, bħalma huma l-festi u l-istituzzjonijiet Lhud li l-Evanġelista San Ġwann isemmi, inkluż it-Tempju u l-‘Lhud’ bħala kategorija tat-teoloġija li tissemma f’rabta mad-‘dinja,’ biex nirreferu biss għal xi wħud. Dan kollu iżda jintrabat ma’ dak li tassew jagħti karattru uniku lil dan l-Evanġelju: il-Kristoloġija li tisboq bil-bosta dak li naqraw fl-Evanġelji Sinottiċi. Sa mill-bidu nett tal-istorja tal-Knisja, il-Kristoloġija tar-Raba’ Evanġelju kienet fil-qalba tad-dibattiċi li waslu biex minn naħa tiġi definita d-duttrina tat-Trinità, b’mod speċjali dik dwar il-persuna ta’ Ġesù, u min-naħa l-oħra biex jiġi identifikat tagħlim żbaljat li l-Knisja qisitu bħala ‘eretiku’. F’dan l-istudju sejrin inħarsu lejn xi aspetti tal-Kristoloġija ta’ San Ġwann li tista’ tgħinna napprezzaw aktar is-sbuħija u l-profondità tal-ħsieb tar-Raba’ Evanġelista. L-għan tagħna mhuwiex li nagħmlu espożizzjoni eżawrjenti tas-suġġett. Fuq dan inkiteb ħafna. L-għan ta’ dan l-istudju huwa pjuttost wieħed modest li jgħin lill-qarrejja kif għandhom jaqraw u jippruvaw jifhmu xi ftit aħjar il-ħsieb tar-Raba’ Evanġelju. Sun, 01 Jun 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/137604 2025-06-01T00:00:00Z Li temmen : kundizzjoni għad-dixxipulat fl-Evanġelju skont San Ġwann /library/oar/handle/123456789/137256 Title: Li temmen : kundizzjoni għad-dixxipulat fl-Evanġelju skont San Ġwann Abstract: Li temmen – bil-Grieg: pisteuo – huwa wieħed mill-verbi l-aktar użati fl-Evanġelju skont San Ġwann. Dan il-verb, fil-fatt jissemma 98 darba f ’dan l-Evanġelju, b’differenza għall-Evanġelji Sinottiċi fejn huwa użat sitt darbiet fl-Evanġelju skont San Mattew; ħames darbiet fl-Evanġelju skont San Mark; u ħdax-il darba fl-Evanġelju skont San Luqa. F’dan l-istudju sejrin nisiltu sitt testi mill-Evanġelju skont San Ġwann li fihom jissemma dan il-verb bħala kundizzjoni għad- dixxipulat. Wed, 01 Jan 2025 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/137256 2025-01-01T00:00:00Z Padre Pelagio's plans of the Ggantija temples /library/oar/handle/123456789/135783 Title: Padre Pelagio's plans of the Ggantija temples Authors: Micallef, Martin Abstract: Padre Pelagio Mifsud Gauci Piscopo from Maz-Zebbug (1708-1781) is considered as "the most knowledgeable person at that time about local history and the antiquities of our islands." Some of his writings were published in Malta and abroad, while most of them remained unpublished. A number of these writings include various drawings and diagrams, together with site-plans, maps, landscapes, portraits, and coats of arms that he produced. Though these designs, especially the site-plans, are not elaborate, they are of great value since some of them are reckoned as being among the earliest designs of these places. This study deals specifically with Padre Pelagio's site-plans of the Ggantija temples in Gozo. Mon, 01 Jan 2024 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/135783 2024-01-01T00:00:00Z