OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/1952 Sun, 26 Oct 2025 17:18:47 GMT 2025-10-26T17:18:47Z Diskors ta' introduzzjoni /library/oar/handle/123456789/140491 Title: Diskors ta' introduzzjoni Abstract: Inħossni onorat li sa niftaħ jiena din il-laqgħa u ferħan li, għalhekk, f'isem il-Kunsill Ċiviku ta' Għawdex, ser inkun dalgħodu l-ewwel wieħed li nippreżenta il-happy birthday lill-konċittadin tagħna, Dr. Ninu Cremona. Ma hix ċertament ħaġa komuni li wieħed jilħaq id-90 sena, u hija ħaġa wisq inqas komuni li wieħed jilħaq din l-era veneranda u jikkonserva integti l-fakultajiet mentali tiegħu bħal ma kkonservahom Dr. Cremona, il-festeġġjat tagħna. [silta] Mon, 01 Jan 1973 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/140491 1973-01-01T00:00:00Z Tifkira ta' ħabib lil ħabib /library/oar/handle/123456789/140486 Title: Tifkira ta' ħabib lil ħabib Abstract: META żewġt iħbieb isiru jafu lil xulxin u kull meta jiltaqgħu dejjem jitkellmu fuq dak li għandhom għal qalbhom, f'dak il-ħin qatt ma jidħlilhom f'rashom li xi darba xi ħadd minnhom irid jinfired mill-ieħor. Hekk hu magħmul il-bniedem. Sakemm il-moħħ jaħdem, il-qalb tħabbat u l-ħbiberija tgħaqqad, wieħed dejjem jaħseb f'dak il-ħin u fl-għada u minn moħħu jwarrab il-ħsieb tal-mewt li għandha isem kull iwieħed minna mniżżel fil-ktieb iswed tagħha. [silta] Mon, 01 Jan 1973 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/140486 1973-01-01T00:00:00Z Fid-disgħin sena ta' Dr. A. Cremona /library/oar/handle/123456789/140478 Title: Fid-disgħin sena ta' Dr. A. Cremona Abstract: HEMM ħafna okkażjonijiet soċjali li tmur għalihom, ma ngħidx fuq il-qalb, u hemm oħrajn fejn mhux biss tmur bil-qalb, imma tifraħ li tkun mistieden għal din l-okkażjoni u tirringrazzja lil min ikun stiednek. Għax ngħidilkom is-sewwa, jekk hemm ħbiberija li ili ngħożżha, din hi ħbiberija tas-sur Nin, li wara l-ġieh li tatu l-Universita ta' Malta jistħoqqlu l-isem ta' duttur-D.Litt. X'differenza hemm fid-dottorat li jittieħed f'suġġett jew ieħor wara snin twal ta' studju fl-Universita? Hemm id-differenza li d-dottorat li jittieħed bi studju, li jittieħed formali bI-istudju ġo Universita jew dak li jkun għadda minn mgħasra, bil-prova iebsa ta' l-eżamijiet u stħaqq it-titlu ta' duttur, duttur tal-liġi ngħidu aħna, duttur tal-mediċina, umbagħad dak li jkun jista' jaħdem il-professjoni tiegħu, sa hawn, imma, imbagħad wara, jekk ma jagħmilx ħaġa oħra ħlief li jħaddem il-professjoni tiegħu, dan jista' jissejjaħ professjonist, u formalment duttur, għax il-grad la darba ħadu, ħadu imma mhux duttur fis-sens tal-kelma, dak il-professjonista illawrjat, li jitlaq l-istudji, jew inkella jieqaf mill-istudji. [silta] Mon, 01 Jan 1973 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/140478 1973-01-01T00:00:00Z Lil Ninu Cremona /library/oar/handle/123456789/140477 Title: Lil Ninu Cremona Abstract: Poeżija bil-Malti miktuba minn Kan. M. A. Apap. Mon, 01 Jan 1973 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/140477 1973-01-01T00:00:00Z