OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/3413 Wed, 05 Nov 2025 14:42:55 GMT 2025-11-05T14:42:55Z Il-Baħrija "Sfinġidi" ta' Malta /library/oar/handle/123456789/135556 Title: Il-Baħrija "Sfinġidi" ta' Malta Abstract: Meta nsemmu l-baħriji wieħed aktarx tiġih f-moħħu dik li jara ttir madwar il-lampa jew bozza, wara nżul ix-xemx; iżda Malta hawn bosta minn dawn, u mhux għax wieħed ġie li ra baħrija jippretendi li jaf x'inhi. Sun, 01 Jan 1961 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/135556 1961-01-01T00:00:00Z Il-farfett /library/oar/handle/123456789/135322 Title: Il-farfett Abstract: L-artiklu jitkellem dwar l-identifikazzjoni tal-friefet li jinsabu fil-Gżejjer Maltin. Fri, 01 Jan 1960 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/135322 1960-01-01T00:00:00Z In-naħla maestuża /library/oar/handle/123456789/109717 Title: In-naħla maestuża Abstract: Madwar id-dinja l-popolazzjoni tan-naħal qiegħda tonqos b’mod drastiku. Għal ħafna n-naħal huwa meqjus biss bħala dik l-ispeċi ta’ insett li jipproduċi l-għasel u x-xema’ u xejn aktar, ħlief li jtik xi tingiża bil-valenu meta tmur viċin ħafna l-bejta tiegħu. In-naħal għandu sehem ferm importanti u vitali fil-produzzjoni tal-ikel permezz tad-dakkir tal-pjanti biex imbagħad permezz t’hekk ikollna l-frott, ħaxix, żrieragħ u legumi fost oħrajn. Barra minn hekk, in-naħal huwa vitali għal ħafna prodotti utli għall-bniedem, fosthom l-għasel, propolis, u l-velenu, li studji juru li għandhom użu terapewtiku kif ukoll jipprevenu ċertu mard u jsaħħu s-sistema immunitaria. Sun, 01 Jan 2017 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/109717 2017-01-01T00:00:00Z Ir-rettili u l-amfibji tal-gżejjer Maltin /library/oar/handle/123456789/92637 Title: Ir-rettili u l-amfibji tal-gżejjer Maltin Abstract: In-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku dwar ir-rettili u l-amfibji tal-gżejjer Maltin joħloq vojt kbir, vojt li l-biċċa l-kbira tiegħu huwa mimli b'tagħrif imsejjes fuq nofs veritajiet, ħrejjef u għajdut. Kien dan it-tagħrif li wassal biex jinkiteb li l-gremxula ta' Filfla għandha żewġt idnieb, jew li Malta ma hawnx sriep velenużi minħabba l-wasla ta' San Pawl fil-gżejjer Maltin. Wara li tħabbru r-regolamenti dwar il-ħarsien tar-rettili u ftit wara anke taż-żrinġ, inħasset il-ħtieġa li jkun hawn tagħrif popolari bil-Malti, imsejjes fuq tagħrif xjentifiku, dwar ir-rettili u l-amfibji Maltin. Dan kemm biex ikun hemm tagħrif korrett fuq dawn il-ħlejjaq, kif ukoll biex ma jkunx hawn il-bżonn li wieħed ifittex tagħrif f'kitbiet barranin li mhux bilfors ikun kollu korrett meta wieħed japplikah għall-ispeċi li jinstabu hawn Malta. Wieħed jittama li dan il-materjal jiftaħ it-triq għal apprezzament pożittiv li jwassal biex dawn il-ħlejjaq ikunu jistgħu jkomplu joktru bla biża', bla persekuzzjoni u bla periklu, iżda bir-rispett tagħna lkoll, li magħhom naqsmu din l-art. Nixtiequ nirringrazzjaw lil Andrew Micallef li kien responsabbli għat-tpinġijiet kollha f'din il-pubblikazzjoni, u lil Manwel Mifsud li qara l-manuskritt bir-reqqa għal xi żbalji ta' l-ortografija. Nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna ukoll lis-Segretarjat għall-Ambjent għall-għajnuna tiegħu fil-pubblikazzjoni ta' dan il-materjal, u lis-Soċjetà għall-Istudju u l-Ħarsien tan-Natura li għoġobhom jinkarigawna minn dan ix-xogħol. Description: Pubblikazzjoni speċjali ta' in-Natura. Fri, 01 Jan 1993 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/92637 1993-01-01T00:00:00Z