OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/35726 Tue, 23 Dec 2025 07:52:30 GMT 2025-12-23T07:52:30Z It-twaqqif tal-Għaqda tal-Malti (Universita') fil-gazzetti lokali /library/oar/handle/123456789/35922 Title: It-twaqqif tal-Għaqda tal-Malti (Universita') fil-gazzetti lokali Abstract: Fl-1991, l-Għaqda tal-Malti fakkret għeluq is-sittin sena tal-ħajja u l-ħidma tagħha b’riżq il-Malti. Fl-1931, Briffa talab permess biex l-Għaqda tkun tista’ tiltaqa’ f’waħda mis-swali tal-Universita. Mat-twaqqif tagħha, l-Għaqda fittxet tlesti biex tibda toħroġ Leħen il-Malti. L-Għaqda kienet twaqqfet fi żmien ta’ mistennija u, sa ċerta punt, fi klima politika relattivament kwieta. F’dan l-artiklu hemm inklużi xi kummenti jew suġġerimenti li kienu saru waqt li kienet qed tiżviluppa l-Għaqda fis-snin ta’ wara. Description: Abbozz ta' statut tal-Għaqda tal-Malti (Universita') minn id Saydon - Wed, 01 Jan 1992 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/35922 1992-01-01T00:00:00Z In-narrattiva : id-distanza bejn il-wieħed u l-ħafna /library/oar/handle/123456789/35825 Title: In-narrattiva : id-distanza bejn il-wieħed u l-ħafna Abstract: L-istudju tal-iżvilupp letterarju juri l-iżvilupp politiku u soċjali ta’ nazzjon minħabba li l-kittieb hu fih innifsu l-leħen li jsemma’ l-kuxjenza ta’ dawk ta’ madwaru. Il-protagonist ngħalaq bejnu u bejn ruħu biex jifhem aħjar l-ewwel nett lilu nnifsu bħala bniedem. Minħabba l-kittieb jassumi l-kwalitajiet mhux biss ta’ mera tas-soċjeta imma wkoll ta’ kummentatur u kritiku tagħha, kien hu li xtaq li jirriformaha b’kitbietu. Il-protagonist deher bħala l-bniedem wieħed maqtugħ għalih waħdu kontra l-bqija. Wed, 01 Jan 1992 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/35825 1992-01-01T00:00:00Z In-narrattiva : l-individwu msawwat mis-soċjeta /library/oar/handle/123456789/35824 Title: In-narrattiva : l-individwu msawwat mis-soċjeta Abstract: Il-Moviment Modern beda l-firxa tiegħu lejn l-aħħar tas-seklu dsatax u mexa sas-snin ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Is-seklu għoxrin ġab miegħu taqlib soċjoekonomiku kbir b’konsegwenzi psikoloġiċi u politiċi. Il-kuxjenza umana bdiet reviżjoni tal-qagħda u l-valuri tagħha. Il-kittieb beda jesprimi f’xogħlijietu s-sens tad-disperazzjoni formali u beda jissuġġerixxi aljenazzjoni, xettiċizmu, diżintegrazzjoni u għejbien. Wed, 01 Jan 1992 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/35824 1992-01-01T00:00:00Z In-narrattiva : xejriet ewlenin tal-protagonista /library/oar/handle/123456789/35812 Title: In-narrattiva : xejriet ewlenin tal-protagonista Abstract: Għalkemm ir-relazzjoni bejn il-wieħed u l-ħafna hi element bażiku tar-rakkonti, din se tilbes ilbies differenti skont l-għamla tar-rumanz. Kultant se tieħu xejriet opposti għalkollox. Dan jikkuntrasta ir-rumanz modern mill-forom l-oħra li ġew qabel. Il-motiv ċentrali ma jibqax aktar il-bniedem ċittadin imma l-bniedem li jaħseb, u l-protagonist isir bniedem wieħed komuni, wieħed mill-folla. Wed, 01 Jan 1992 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/35812 1992-01-01T00:00:00Z