OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/42740 Sun, 28 Dec 2025 05:41:48 GMT 2025-12-28T05:41:48Z Il-Baghal ta’ l-Imrewha /library/oar/handle/123456789/42812 Title: Il-Baghal ta’ l-Imrewha Abstract: Fil-gżejjer Maltin insibu erba' speċi ta' Buful jew Bgħula li huma residenti, jiġifieri li nsibuhom magħna s-sena kollha. L-iżgħar fost dawn huwa l-Bagħal ta' l- lmrewħa jew kif isibuh f'ċerti postijiet ta' Malta, iż-Żippu. Dan l-aħħar isem ġej mill-għanja karatteristika tar-raġel. Dan igħanni żipp-żipp-żipp għal diversi drabi waqt li jkun qiegħed itir fuq it-territorju tiegħu jew minn fuq xi wajer ta' l-elettriku jew mill-quċċata ta' siġra. Il-Bagħal ta' l- lmrewħa jgħanni l-aktar fl-istaġun tar-rebbiegħa, li huwa ż-żmien li fih ikun qiegħed ibejjet. Meta jkollu s-sieħba fil-viċin ma jiqafx mill-għanja tiegħu, u spiss tarah nieżel u tiela' fil-ħaxix fejn ikun hemm hi. Sun, 01 Jan 1989 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/42812 1989-01-01T00:00:00Z Fjuri komuni Maltin - 2 /library/oar/handle/123456789/42809 Title: Fjuri komuni Maltin - 2 Abstract: Dan l-artiklu jittratta dwar fjuri komuni Maltin, speċifikament fuq tliet pjanti: (1) Il-Fidloqqom (2) Il-Garni tal-Pipi u (3) il-Pepprin. Sun, 01 Jan 1989 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/42809 1989-01-01T00:00:00Z L-aghsafar ta’ l-ghana /library/oar/handle/123456789/42808 Title: L-aghsafar ta’ l-ghana Abstract: L-agħsafar ta' l-għana (bl-lngliż finches) huma fost l-iżjed agħsafar popolari mal-Maltin. Dan minħabba d-drawwa li għandhom ħafna nies li jonsbu għalihom. Hemm seba' speċi li huma biex ngħidu hekk komuni fil-gżejjer Maltin. Dawn huma l-lsponsun (Chaffinch), L-Apparell (Serin), II-Verdun (Green finch), il-Gardell (Goldfinch), l-Ekru ( Siskin), il-Ġojjin (Linnet) u taż-Żebbug (Hawfinch). Sun, 01 Jan 1989 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/42808 1989-01-01T00:00:00Z Il-Hniezer l-art /library/oar/handle/123456789/42807 Title: Il-Hniezer l-art Abstract: Annimal żgħir li niltaqgħu miegħu fid-djar tagħna u li ta' spiss insibuh f'postijiet urndi, huwa l-ħanżir l-art (woodlouse). Hemm min jitfixklu mal-bugħarwien (slug), dak l-annimal żgħir qisu bebbuxu bla qoxra. lżda dawn iż-żewġ annimali m'għandhom x'jaqsmu xejn flimkien. L-iktar li niltaqgħu magħhom huma xi żewġ speċi ta' ħanżir l-art, dawk li spiss naraw fi djarna. lmma fil-fatt fil-gżejjer Maltin insibu madwar ħamsin speċi. Dawn ivarjaw fid-daqs minn 2mm sa 25mm. Erbgħa minn dawn huma endemiċi, jiġifieri jinstabu biss fil-gżejjer Maltin. Sun, 01 Jan 1989 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/42807 1989-01-01T00:00:00Z