OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/47674 Sun, 16 Nov 2025 05:04:00 GMT 2025-11-16T05:04:00Z OAR@UM Collection: :443/library/oar/retrieve/40ba947f-c388-4476-9416-ad25f35e19df/jpg1.jpg /library/oar/handle/123456789/47674 Il-ġeografija ta' Ħal-Kirkop /library/oar/handle/123456789/47722 Title: Il-ġeografija ta' Ħal-Kirkop Authors: Schembri, John A.; Bonnici, Kurt Abstract: Jidher li Ħal Kirkop (Figura 1 [1985]) irreżista l-bidliet kbar ta' matul dan iż-żmien, il-bidla politika, ekonomika u strutturali li għaddew minnha l-Gżejjer Maltin. Dan sar minħabba d-daqs tal-popolazzjoni, il-firxa tal-bini, l-ekonomija u l-użu ta' l-art ta' madwar ir-raħal (Figura 2). L-iskop ta' dan il-kapitlu hu li jippreżenta l-ġeografija ta' Ħal Kirkop u l-inħawi ta' madwaru. Għaldaqstant, huwa tajjeb li wieħed jibda b' deskrizzjoni tal-ġeografija fiżika taż-żona, u jkompli b'deskrizzjoni tal-ġeografija tal-popolazzjoni, ta' l-aħħar imsawra fuq l-aħħar mitt sena. Description: This document includes a list of the Parish priests at Ħal-Kirkop. Sat, 01 Jan 2000 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/47722 2000-01-01T00:00:00Z Il-flora u l-veġetazzjoni ta' Ħal Kirkop /library/oar/handle/123456789/47705 Title: Il-flora u l-veġetazzjoni ta' Ħal Kirkop Authors: Lanfranco, Edwin Abstract: Il-lokal ta' Ħal Kirkop hu wieħed agrikolu kif ukoll industrijali; jispikkaw ukoll il-barrieri. Għaldaqstant, wieħed ma' jistenniex veġetazzjoni naturali. Madanakollu, hemm ukoll dak li hu ta' interess. Fit-toroq tar-raħal, insibu għadd ta' siġar ikkultivati sabiex isebbħu. Fost dawn insibu l-Bżar Falz (Schinus terebinthifolia), iċ-Ċipress (Cupressus sempervirens), is-Siġra ta' Ġuda (Cercis siliquastrum), l-Akaċja (Acacia saligna) u l-Ewkaliptus (Eucalyptus gomphocephala). Ta' min jgħid li għalkemm is-Siġra ta' Ġuda ma tikbirx salvaġġa fil-gżejjer Maltin, instabu fdalijiet ta' njam maħruq tagħha mill-perjodu Neolitiku bikri (Fażi "Għar Dalam") mill-Iskorba (Metcalfe, 1966) u, għaldaqstant, jidher li kienet siġra naturali Maltija, fil-qedem. Is-siġra tal-Bżar Falz, indiġena tal-Amerika ta' Isfel, hi siġra li tintuża ħafna bħala ornamentali fit-toroq Maltin; huwa interessanti li f'dawn l-aħħar għoxrin sena bdiet taħrab u tikber weħidha fis-salvaġġ. Sat, 01 Jan 2000 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/47705 2000-01-01T00:00:00Z L-ewwel reġistru tal-parroċċa ta' Ħal Kirkop 1592-1679 /library/oar/handle/123456789/47692 Title: L-ewwel reġistru tal-parroċċa ta' Ħal Kirkop 1592-1679 Authors: Vella, Horatio Caesar Roger Abstract: Dan l-istudju huwa frott ta' traskrizzjoni li jien għamilt mill-ewwel manuskritt li l-Parroċċa taghna ta' Ħal Kirkop għad għandha fl-Arkivju Parrokkjali tagħha. Dan il-manuskritt jiġbor fih tlett reġistri, dak taż-Żweġijiet, dak tal-Magħmudijiet u dak ta' l-Imwiet, mill-1592, meta bdiet il-Parroċċa tagħna, sal-1679 (1671 fil-każ tal-Magħmudijiet u ż-Żweġijiet). Din it-traskrizzjoni, ipreżentata lill-Kappillan ta' Ħal Kirkop b'forma alfabetika bl-isem ta' Indiċi ta' l-ewwel reġistru taż-żweġijiet, magħmudijiet u mwiet (1592-1671) tal-Parroċċa San Leonardu, Kirkop (Kirkop, 1999), hija wkoll miżmuma mill-Kappillan għall-iskop li għalih inkiteb, jiġifieri, sabiex jieħu post dan l-ewwel reġistru manuskritt tar-raħal, waqt li jagħtih serħan kif jixraqlu, wara 408 sena li beda jinkiteb u jintuża. Permezz ta' dan ix-xogħol, sar iktar possibli li jsir dan l-studju fuq il-popolazzjoni ta' Ħal Kirkop fl-ewwel snin ta' ħajjet il-parroċċa tagħna. Ma jistax jonqos li kull nota storika li ltqgħajt magħha jiena inkorporajtha f'dan l-istudju. Sat, 01 Jan 2000 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/47692 2000-01-01T00:00:00Z Ħal Kirkop sal-1592 /library/oar/handle/123456789/47691 Title: Ħal Kirkop sal-1592 Authors: Fiorini, Stanley Abstract: !l-kitba erudita ta' Geoffrey Hull bl-isem The Origin of the Name 'Kirkop', li tnissel l-etimoloġija tal-kunjom "Kirkop" u isem ir-raħal mill-Għarbi barquq (isem ta' frotta, bil-Malti "berquq"), b'argument purament filoloġiku hi mgħallta għaliex tbarri għal kollox id-drawwiet lokali, li nistgħu nqisuhom bħala l-liġijiet li jiggvernaw it-tnissil tat-toponomastika tagħna. Analisi tat-toponimi Maltin marbuta ma' lokalitajiet mgħammra għandha twassal għal dawn il-konklużjonijiet li ġejjin: hemm distinzjoni netta bejn ismijiet li jġibu quddiemhom il-kelma "Raħal" u dawk li ma jġibuhiex. Sat, 01 Jan 2000 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/47691 2000-01-01T00:00:00Z