OAR@UM Community: /library/oar/handle/123456789/61401 Mon, 10 Nov 2025 04:43:32 GMT 2025-11-10T04:43:32Z Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 133 : Jannar-Frar : 2003 /library/oar/handle/123456789/61507 Title: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 133 : Jannar-Frar : 2003 Editors: Chircop, Twanny Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija. Wed, 01 Jan 2003 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/61507 2003-01-01T00:00:00Z Il-ktieb tal-Proverbji minsug f'ambjent skolastiku /library/oar/handle/123456789/61506 Title: Il-ktieb tal-Proverbji minsug f'ambjent skolastiku Abstract: L-inventarju ta’ kotba fl-iskrittura li jhaddnu gheruqhom fil-moviment ta’ gherf f’Izrael, jiddedikaw post speçjali li dawk il-kitbiet kollha li fil-forma u l-kontenut taghhom jidher wisq probabbli li gew uzati f’perjodu skolastiku gholi. Dawn il-kitbiet b’mod probabbli gew imhaddma ghall-formazzjoni ta’ l-istudenti li huma d-destinatarji ta’ dawn it-twissijiet u r-regoli li jwassluhom ghat-transformazzjoni proprja ta’ hajjithom. Wiehed jista’ jsemmi l-Ktieb tal-Proverbji nnifsu, Gob, Kohelet, Bin Sirak, l-Ktieb ta’ l-Gherf u ukoll xi whud mis-Salmi. Dan il-hsieb, li dawn il-kitbiet inholqu f’ambjent skolastiku, huwa llum il-gurnata proposta li giet anki sostnuta, specjalment wara l-paraguni li gew maghmula ma’ certa letteratura egizzjana, mesopotamika u ugaritika li kienet tintuza ghal skop ta’ taghlim. Dan hu l-aktar li nistghu nikkonfermaw fuq il-Ktieb tal-Proverbji. Wed, 01 Jan 2003 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/61506 2003-01-01T00:00:00Z Gesu' Kristu omileta /library/oar/handle/123456789/61505 Title: Gesu' Kristu omileta Abstract: L-istudji li saru dwar il-persuna storika ta’ Gesù ta’ Nazaret, dwar il-kliem u l-ghemil tieghu, jghinu biex wiehed jipprova jifhem il-hidma omiletika ta’ Gesù. Meta nghidu hidma omiletika nifhmu azzjoni ta’ xandir tal-bxara t-tajba li hi distinta mill-predikazzjoni ta’ Gesù. Jehtieg li naraw kif l-Evangelji jattribwixxu ghal Gesù attività ta’ natura omiletika. Hu difficli hafna li nippretendu li fl-Evangelju nsibu mudelli ta’ omeliji li ghamel Gesù fil-ministeru messjaniku tieghu. Fi kliem iehor, ma jistax ikun nippretendu li fl-Evangelji se nsibu l-kliem ezatt li bih Gesù inqeda biex ghamel omeliji fis-sens ezatt tal-kelma griega homilein (tiddjaloga, titkellem ma’ xi hadd, taghmel diskors). Minkejja kollox, fost il-materjal letterarju ta’ l-Evangelji li fih jidwu çertament il-kliem ta’ Gesù storiku, nistghu nidentifikaw xi kontenuti omiletici. Wed, 01 Jan 2003 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/61505 2003-01-01T00:00:00Z Il-belt ta' Akri (Akko) /library/oar/handle/123456789/61504 Title: Il-belt ta' Akri (Akko) Abstract: San Frangisk ta’ Assisi wasal fl-Art Mqaddsa fis-sena 1219, meta sbarka fil-port Krucjat ta’ San Gwann ta’ Akri. Din il-belt hi wahda mill-eqdem u tissemma sahansitra fl-Ittri ta’ Tell Amarna. Dawn l-ittri, xi tliet mija b’kollox, imorru lura ghar-renji tal-Farawni Egizzjan Amenhotep III u ibnu, il-famuz Ikhnaton bejn l-1411 sal-1350 qK. Fil-Kotba Mqaddsa tissemma’ fil-Ktieb ta’ l-Imhallfin (1,33) bhala parti mit-territorju moghti lit-Tribu ta’ Aser. Hafna Griegi, bhalma kienet l-uzanza, stabbilew rwiehhom hawnhekk u f’portijiet ohra. Akko, kif kienet maghrufa il-belt dak iz-zmien, kien isem imnissel mil-kelma Aka li tfisser ‘kura’. Dan ghaliex kien jinghad li Erkole, midrub serjament, kien gie hawn u sab pjanti aromatiçi u hwawar li fejquh. Fl-epoka Rumana kienet saret centru kbir ta’ sajd tant li f’dak iz-zmien kien sar popolari il-qawl, “Hemm bzonn li wiehed igib hut f’Akko?”. Description: Jinkludi reklam fl-ewwel paġna Wed, 01 Jan 2003 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/61504 2003-01-01T00:00:00Z