OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/64180 Wed, 12 Nov 2025 05:44:42 GMT 2025-11-12T05:44:42Z Dun Karm poeta ċajtier /library/oar/handle/123456789/130437 Title: Dun Karm poeta ċajtier Authors: Serracino Inglott, Peter Abstract: Ħa nibda bl-aħħar terzina mis-Sunett "L-X ta' Frar", is-sbatax-il wieħed, tas-sena 1934: "Għalhekk kif qbadt il-għodda tal-poeti/ biex naħdimlek il-warda werqa werqa,/ Flok il-għanja tal-ferħ, ħarġet tnehida." Dun Karm hawnhekk qed jagħmel mossa wisq maħbuba mill-kittieba post-moderni - opra talarti li titkellem fuqha nnifisha. Il-filosfi jsejħulha metapoeżija. Dun Karm qed jgħid li f'dan is-sunett ġralu bħal Kristofru Kolombu. Dan kien salpa biex jasal l-Indja u minflok skopra l-Amerika. Hekk Dun Karm beda biex jifraħ għax San Pawl ġie Malta u minflok kiteb ilment dwar il-qagħda li fiha kienu ġabu lilhom infushom il-Maltin. Għalhekk hawnhekk Dun Karm qed jagħmel żewġ ħwejjeġ. L-ewwel nett qed jiddieħak bih innifsu, qiegħed jiċċajta fuqu nnifsu bħala poeta, imma fl-istess ħin din tiegħu hija ċajta serja. It-tieni ħaġa li qed jagħmel fdawn il-versi m'hi xejn inqas milli jipproponi teorija estetika, filosofija tal-arti. Qed jgħid illi fil-ħolqien ta' xogħol sabiħ jiġri illi l-opra tieħu s-soparavvent fuq l-artista, kif frumanz il-persunaġġi li jkun ħoloq l-awtur minn żnied u donnhom isiru awtonomi, jieħdu rajhom f'idejhom u jġibu ruħhom fir-rumanz skont il-personalità li jkunu kisbu. Dun Karm jistqarr li donnha l-poeżija għamlet ta' rasha u ħarġet kif riedet hi u mhux kif kellu fmoħħu l-poeta meta beda jnissilha. Sat, 01 Jan 2011 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/130437 2011-01-01T00:00:00Z Mekkaniżmi metaforiċi f’Dun Karm /library/oar/handle/123456789/130435 Title: Mekkaniżmi metaforiċi f’Dun Karm Authors: Friggieri, Oliver Abstract: It-test li ġej hu t-taħdita li Oliver Friggieri ta’ il--Ġimgħa, 28 ta' Ottubru, 1977 fl-Awditorju tax-Xjenza, l-Universita', fis-sensiela tal-Konferenza Dun Karm imwaqqfa minn Karmen Mikallef Buħaġar, li tgħammar f'Londra, biex issir kull sentejn. L-ewwel taħdita fis-sensiela saret mill-prof. Ġuże' Aquilina nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Marzu, 1976. It-tjieba u l-qalb kbira ta' Karmen Mikallef Buħaġar, il-mara li kkorrispondiet fit-tul mal-poeta u li ħadmet b'saħħitha kollha biex ikun magħruf aħjar, ġegħluha twaqqaf din il-konferenza bil-għan li jimxu 'l quddiem l-istudji tal-poeta nazzjonali. Għad li dwar Dun Karm inkiteb ħafna, l-kritiku lokali għad għandu quddiemu għalqa kbira, miftuħa beraħ bla maħduma, biex jippreżenta stħarriġ xjentifiku tax-xogħol tiegħu fid-dawl tal-kritika vera, ħaġa li l-letteratura Maltija teħtieġ bis-serjeta' jekk wieħed irid jaraha taqbad il-mogħdija li għaddew u se jibqgħu jgħaddu minnha l-letteraturi magħrufa kollha, u tħalli darba għal dejjem l-isqaq tal-medjokrita' u ta' l-apprezzanent impressjonistiku. Sun, 01 Jan 1978 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/130435 1978-01-01T00:00:00Z Dun Karm – l-ambjent Żebbuġi u lil hinn minnu /library/oar/handle/123456789/130434 Title: Dun Karm – l-ambjent Żebbuġi u lil hinn minnu Authors: Sammut, Frans Abstract: Li Dun Karm twieled Ħaż-Żebbuġ u mhux f'xi raħal ieħor jew belt oħra ta' Malta, kien fil-fehma tiegħi, fattur determinanti fil-ħidma letterarja u poetika tiegħu. F'din ilt-taħdita se nagħmel ħilti nuri għaliex naħseb hekk. Mela, Dun Karm twieled Ħaż-żebbuġ fit-18 ta' Ottubru 1871 minn Filippu Psaila (ta' Lewtu) u Lunzjata Pisani. Miet Tas-Sliema fit-13 ta' Ottubru 1961 iżda jinsab midfun Ħaż-żebbuġ fdak li kien isejjaħlu s-"sepulkru tiegħi" fiċ-ċimiterju ta' raħal twelidu. Missieru kien sikwit ibaħħar biex iġib ix-xogħol minn barra u ma kinux jgħoddu mal-fqar. Minħabba f'hekk, f'żgħoritu għex aktar ma' ommu u l-ambjent Żebbuġi xorbu aktar mingħandha. Dan l-ambjent mhux biss sawwarlu l-karattru tiegħu, iżda baqa' miegħu għal dejjem, minkejja li bosta għexieren ta' snin minn ħajtu t-twila qattagħhom il-Furjana, il-Belt u Tas-Sliema. Fost bosta bixriet, għal kollox Żebbuġin, li kiseb Dun Karm kien it-twemmin li għad li mhux fqar ma kellhomx jgħixu fil-ħala u l-poeta baqa' sal-aħħar iġewweż imqar fl-ikel li jiekol u jieħu ħsieb li ma jaħlix, kif jgħidilna f'kitbiet ta' xjuħitu. Sat, 01 Jan 2011 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/130434 2011-01-01T00:00:00Z Diskors ta’ l-għeluq fis-serata kommemorattiva f’ġieħ Karmen Mikallef Buħaġar /library/oar/handle/123456789/130433 Title: Diskors ta’ l-għeluq fis-serata kommemorattiva f’ġieħ Karmen Mikallef Buħaġar Authors: Micallef, Bernard Abstract: It-transizzjoni ta’ Karmen Mikallef Buħaġar minn Dun Karm bħala bniedem li tikkorrispondi miegħu bl-ittri għal Dun Karm bħala istituzzjoni letterarja, li tikkorrispondi magħha b’mezzi oħra, ngħidu aħna bil-pubblikazzjonijiet u bil-preżentazzjonijiet letterarji, hija transizzjoni li tixraq ħafna lid-dinja letterarja ta’ llum, meta qegħdin nitkellmu dwar il-mod kif l-awtur jibda u jibqa’ jeżisti bħala prodott kulturali fil-qarrejja tiegħu, jew fl-istituzzjoni letterarja li żżomm l-arti tiegħu fis-seħħ. Karmen Mikallef Buħaġar addattat ruħha għaċ-ċirkustanza ta’ poeta mejjet billi biddlet il-korrispondenza epistolari tagħha f’ħidma istituzzjonali, u b’dal-pass uriet mhux biss nuqqas ta’ qtugħ fid-djalogu mal-poeta, iżda wkoll għarfien sofistikat tal-mod u l-mezzi li bihom id-djalogu mal-poeta għandu jitkompla wara mewtu. Uriet, fi kliem ieħor, li l-poeta jikseb id-dimensjoni kulturali li tixraqlu meta nirrelataw miegħu bħala istituzzjoni poetika, li tinbena bil-pubblikazzjonijiet, b’diskorsi, u b’metodi oħra li jsawru ttradizzjoni tiegħu. Sat, 01 Jan 2005 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/130433 2005-01-01T00:00:00Z