OAR@UM Collection: /library/oar/handle/123456789/70364 Fri, 02 Jan 2026 04:41:58 GMT 2026-01-02T04:41:58Z Dizzjunarju storiku tal-Malti bbażat fuq il-manuskritt Regole per la lingua Maltese, Malti-Taljan /library/oar/handle/123456789/122729 Title: Dizzjunarju storiku tal-Malti bbażat fuq il-manuskritt Regole per la lingua Maltese, Malti-Taljan Abstract: Ma kinitx faċli meta ġejt biex nagħżel liema qasam se nittratta fit-teżi. Minn dejjem kelli interess akbar fil-Lingwistika, b'mod speċjali lejn l-istorja tal-kelma u l-etimologija. Nimpressjona ruħi kull darba Ii ninnota kliem Ii qatt ma smajt qabel u Ii wisq inqas inkun naf it-tifsira tiegħu. Dan il-fatt iqanqal fiha interess kbir lejn l-istorja ta' isienna. Mera ta' kemm ilsienna stagħna matul iż-żmien, mill-bidu sal-lum, sfortunatament għad m'għandniex u għalhekk jinħass il-bżonn li lsienna jkollu dizzjunarju storiku bħalma diversi lingwi oħra għandhom; fosthom l-Ingliz b'The Oxford English Dictionary, it Taljan bil-Grande Dizionario delta Lingua Italiana, l-Ispanjol b'La Real Academia Espanola u l-Franċiz b'Dictionnaire de l'Academie francaise. Huwa fatt Ii fejn jidħlu r-riżorsi, il-Malti ma jistax jiġi mqabbel ma' dawn il-lingwi. Barra minn hekk, għandu wkoll storja differenti ghalkollox minnhom u kien għal sekli sħaħ meqjus bħala l-lingwa tal-maħkum, bla prestiġju, dam ma beda jinkiteb - tant Ii m'ilux ma stabilixxa ortografija uffiċjali. Madanakollu, il-possibilta li l-ilsien Malti jkollu dizzjunarju bl-eqdem referenzi ghall kliem mhix ħaġa impossibbli. Erin Serracino Inglott jagħtina definizzjoni "letterarja" dwar dizzjunarju storiku tal-Malti: "Ġabra ta' kliem Ii jinsab fl-ilsien Malti mill-eqdem magħruf u miktub, ukoll dak Ii ma għadux jingħad, sal-iġded magħżul u milqugħ, Ii beda jingħad, miktub kif jixraq bit-tiswijiet meħtieġa, u mogħni bit-tifsir tan-nisel Semitiku jew Romanz skont is-sengħa". Description: B.A.(HONS)MALTESE Fri, 01 Jan 2010 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/122729 2010-01-01T00:00:00Z Sir Temi Zammit : Ħidmietu mill-kitba /library/oar/handle/123456789/116947 Title: Sir Temi Zammit : Ħidmietu mill-kitba Abstract: Dan l-editorjal jittrata l-istorja ta' Temi Zammit u s-siltiet tant popolari li għadhom jiġu studjati fl-iskejjel u istituzjonijiet Maltin anka sa' illum. Description: B.A.(HONS)MALTESE Mon, 01 Jan 1973 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/116947 1973-01-01T00:00:00Z L-ideoloġija tan-novella Maltija /library/oar/handle/123456789/112208 Title: L-ideoloġija tan-novella Maltija Abstract: “It seems to me the first issue about which we need to come to some understanding - if for no other reason than to call a truce on it - is the issue of definition.” Is-sejħa li jagħmel Charles E. May fl-introduzzjoni għall-antoloġija seminali tiegħu hija waħda li tiġbor il-qofol tad-diskors kritiku kontemporanju li għadu fil-biċċa l-kbira kkonċernat bit-tiftixa għad-definizzjoni elusiva tan-novella. Kontra l-kritika ta’ forom bħal ma huma r-rumanz u l-poeżija fejn din il-preokkupazzjoni qajla tintwera — fis-sens li bħala ġeneri dawn it-tnejn jitfanndu, b’ xi mod jew ieħor, fit-tradizzjoni tal-preskrizzjoni klassika — in-novella moderna għad m’għandhiex corpus teoriku daqshekk vast li laħaq stabilixxa definizzjonijiet fissi li dwarhom intlaħaq kunsens. [Silta mid-Daħla Metodoloġika] Mon, 01 Jan 2001 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/112208 2001-01-01T00:00:00Z Strutturi narrativi fir-rumanz Malti /library/oar/handle/123456789/101244 Title: Strutturi narrativi fir-rumanz Malti Abstract: B'kollox din it-teżi fiha sitt kapitli li l-ewwel erbgħa minnhom jiffokaw fuq għadd ta' rumanzi kull wieħed, filwaqt li l-aħħar żewg kapitli jiffokaw fuq rumanz partikolari kull wieħed, jigifieri Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Guże Ellul Mercer u Il-Gaġġa ta' Frans Sammut rispettivament. L-ewwel kapitlu, imlaqqam "il-Meladarba'', jiffoka fuq il-bidu ta' erba' rumanzi: Tejbilhom Ħajjithom ta' John Francis Marks, Taħt Tliet Saltniet ta' Guże Aquilina, Nirien ta' Mħabba ta' Guże Chetcuti u Samuraj ta' Frans Sammut. F'rumanzi ppubblikati oriġinarjament fi żminijiet ferm differenti minn xulxin, toħroġ it-tendenza li n-narraturi rispettivi jippruvaw jinnegozjaw ftehim partikolari mal-qarrej fil-paragrafi inizjali. In-narraturi jidhru jibnu fuq dak li l-qarrej ġab miegħu minn barra t-test imma fl-istess ħin tidher fihom ix-xewqa li jiffurmaw lill-qarrej fl-immaġini tagħhom. Xi narraturi fl-erba' rumanzi kkunsidrati jixtiequ b'mod ċar li kull qari ieħor isir fid-dawl ta' dak li qalu huma. Din ix-xewqa tidher żviluppata sewwa fit-tliet rumanzi diskussi fit-tieni kapitlu, jiġifieri Inez Farruġ ta' Anton Manwel Caruana, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka ta' Juann Mamo u Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri ta' Oliver Friġġieri. Hawnhekk il-ħtieġa ta' l-awtur tat-test li jbiddel b'mod radikali l-enċiklopedija tal-qarrej reali tiegħu tidher fl-istruttura kollha tar-rumanzi. In-narratur jidher bħala leħen b'viżjoni u ħafna drabi hu wieħed mill-protagonisti tar-rumanz. [...] Description: PH.D.MALTESE Thu, 01 Jan 2004 00:00:00 GMT /library/oar/handle/123456789/101244 2004-01-01T00:00:00Z