Availability: In Stock

Qabelxejn – Riċerka Postgradwatorja fil-Malti

Author: Dipartiment tal-Malti
Language: Maltese
Year of Publication: 2025
Edition: First
Series/Volume #: 1

5.00

Din l-ewwel ħarġa ta’ Qabelxejn għandha daħla editorjali ta’ Adrian Grima, u studji ta’ David Aloisio, “L-idea tal-kanonu letterarju: idea tajba?;” Joseph Buttigieg, “‘Għidli ma’ min tagħmilha…’ Daqqa t’għajn lejn il-kollokazzjoni;” Justine Somerville, “Atti ta’ memorja f’Kulħadd Ħalla Isem Warajh;” Kirsty Azzopardi, “Il-verbi fażiċi fis-sekwenza verbali tal-Malti;” u Yanika Schembri Fava, “Il-funzjonijiet u l-motivazzjonijiet tal-ironija fil-versi popolari Maltin.”

Fid-daħla tiegħu bl-isem ta’ “Komunità tal-Kelma,” Adrian Grima jgħid hekk: “Il-ħames studji f’din l-ewwel ħarġa ta’ Qabelxejn, li kull wieħed minnhom għadda minn proċess ta’ evalwazzjoni, jagħtuna indikazzjoni tad-direzzjonijiet differenti li qed tieħu r-riċerka dwar il-lingwa, il-letteratura u l-kultura orali tagħna, indikazzjoni tat-temi li jinteressaw lir-riċerkaturi u l-perspettivi li minnhom qegħdin jaffrontawhom. Il-perspettiva fil-fatt tista’ tkun dik li tinteressahom l-aktar, għax minnha jistgħu jaraw affarijiet li għadna ma rajnihomx.”

Din hija kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Malti u Malta University Press.

Reviews

There are no reviews yet.

Be the first to review “Qabelxejn – Riċerka Postgradwatorja fil-Malti”