Id-Dipartiment tal-Public Policy fi ħdan il-Fakultà tal-Management, l-Ekonomija u l-Accountancy tal-Università ta' Malta qiegħed jipproduÄ‹i serje ta' Programmi bl-isem Il-Politika fl-Arti Viżiva, li tiddiskuti l-implikazzjonijiet politiÄ‹i f'tant xogħlijiet artistiÄ‹i u arkitettoniÄ‹i mferrxin f'Malta u lil hinn minnha. L-iskop tas-sensiela huwa dak li jkun magħruf kif id-diversi forom ta' arti viżiva minn żminijiet u pajjiżi differenti interpretaw u rreaÄ¡ixxew għal mexxejja u ideloloÄ¡iji politiÄ‹i. Kien hemm għadd kbir ta' każijiet meta l-artisti Ä¡ew ikkummissjonati minn dawk fil-poter biex permezz tal-opri tal-arti jelevaw is-supremazija tal-istat jew tal-knisja, waqt li kien hemm artisti oħrajn li użaw il-ħiliet kreattivi tagħhom biex iwasslu messaġġ ta' protesta kontra l-abbuż tal-poter.
Fost temi oħrajn, din is-sensiela se tistħarreÄ¡ l-implikazzjonijiet kulturali u politiÄ‹i fl-arti klassika, medjevali, rinaxximentali, barokka u kontemporanja, kif ukoll fl-arkitettura militari u funerarja, il-karikatura u l-filatelija. RiÄ‹erka, preżentazzjoni u produzzjoni ta' Dr Mario Thomas Vassallo bis-sehem ta' diversi akkademiÄ‹i mid-Dipartiment tal-Public Policy flimkien ma' oħrajn Ä¡ejjin minn għadd ta' Fakultajiet u Istituti oħrajn tal-Università ta' Malta.