Id-Dipartiment tal-Public Policy u d-Dipartiment tal-Ekonomija qegħdin jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex jipproduÄ‹u sensiela Ä¡dida ta' programmi, mgħammda taħt l-isem L-Ekonomija u l-Politika. Fuq medda ta' sbatax-il programm ta' 58 minuta-il wieħed, se jkunu diskussi għadd ta' temi marbutin mal-istorja u t-tħaddim tal-ekonomija u l-politika. Numru ta' programmi jagħtu ħarsa storika ta' kif żviluppaw il-prinÄ‹ipji u l-prattiÄ‹i ekonomiÄ‹i matul is-sekli, filwaqt li f'puntati oħrajn ikunu mistħarrÄ¡a għadd ta' temi marbutin mal-politika, fosthom it-tħaddim tal-poter, is-sostenibilità, l-iżvilupp uman, il-globaliżżazzjoni u l-Unjoni Ewropea. Ma jonqsux ukoll referenzi dwar kif Malta bniet, żviluppat u ddiversifikat l-ekonomija tagħha. B'mod partikulari, l-esperti mistiedna fl-istudjo se jkunu qegħdin jirrispondu għall-mistoqsija Ä‹entrali dwar jekk id-dinamika bejn l-ingranaġġ ekonomiku u l-politika hijiex rabta Ä‹off jew kuntratt dejjiemi