Il-kittieba Maltin huma bnedmin ta' gżira u moħħhom huwa mimli b'dehriet marbutin mal-baħar u kull ħaÄ¡a li tmiss miegħu. Barra minn hekk, il-Gżejjer Maltin jinsabu fil-µþ²¹Ä§²¹°ù Mediterran, li hu baħar imdawwar minn kullimkien bl-art u magħluq bejn in-Nofsinhar tal-Ewropa, it-Tramuntana tal-Afrika, u l-LbiÄ‹ tal-Asja. Dan ifisser li l-gżejjer tagħna jÄ¡arrbu l-klima Mediterranja li tħaddan klima sajfija niexfa u sħuna. Klima bħal din bilfors li taffettwa l-mentalita' tal-abitanti, u f'din is-sensiela naraw x'attitudnijiet jixirfu mill-kittieba tagħna minħabba l-kondizzjonijiet tal-ajru u tal-post. U meta niflu l-letteratura tagħna jeħtieÄ¡ li ningastawha fil-kultura li twasslilna l-kwalitajiet tagħna bħala bnedmin.
Dr Charles Briffa u Celaine Buhagiar