Sensiela li se tkompli diskussjoni ma’ akkademiÄ‹i minn oqsma differenti biex jiddiskutu fl-istudio aspetti diversi tad-dekolonizazzjoni. Wara l-Indipendenza u r-Repubblika kemm fadlilna influwenzi BrittaniÄ‹i? X’għamilna s’issa wara li sirna rgħajna f’idejna biex niffurmaw dak li għandna bżonn għal pajjiżna? Kemm bqajna nimmudellaw fuq dak li kien qabel? F'hiex wasalna f’dan l-iżvilupp? Fit-taħdit u l-kitba, fid-drawwiet tal-ikel jew tal-Milied, fl-arti, fl-arkitettura, fl-edukazzjoni, fl-imÄ¡ieba tagħna, fl-ekonomija u l-politika, fl-iggvernar, fl-istrutturi soÄ‹jali – minn transport sa kostruzzjoni – fil-Ä¡ustizzja, fil-festi, fil-libertajiet soÄ‹jali – minn divorzju sa abort, ewtanasja, is-saħħa – fit-turiżmu, fil-Ä¡urnaliżmu, fil-morali u r-reliÄ¡jon saħansitra fejn jidħlu żwiÄ¡ijiet imħallta, fir-rakkonti ta’ Ä¡rajjietna, fid-diplomazija, fil-politika barranija tal-pajjiż.