Min jaf kemm-il darba rajna oġġett qadim quddiem għajnejna u ġietna il-mistoqsija: imma tgħid x'inhi l-istorja wara dan l-oġġett? Kull episodju juża oġġett partikolari biex min hemm jibda vjaġġ f'epoka partikolari, spunt li minnu nisiltu kemm il-ħajja fl-imgħoddi, kif ukoll l-arti u x-xjenza tal-Istorja bħala dixxiplina li tipprova tifhem dak li seħħ.