Nixtiequ noħolqu komunità ta’ Maltin u Għawdxin vjaġġaturi (li jgħoddu l-eluf), però anke oħrajn li għad ma daqux din it-tip ta’ rikreazzjoni, mistrieħ jew terapija (għidilha li trid) imma tant meħtieÄ¡a fid-dinja ta' llum. L-ideja hi li naqsmu bejnietna esperjenzi, fost l-aktar mumenti ta’ ferħ u memorji li jaf joffri s-safar. Imma mas-safar hemm assoÄ‹jati aspetti oħra, fost l-oħrajn, loÄ¡istiÄ‹i, ta’ ppjanar, ta’ preparazzjoni li dawn flimkien, fl-aħħar mill-aħħar se jirriflettu kemm esperjenza ta’ vjaġġ se tkun sabiħa, kif mixtieqa jew le. Imma, mhux kulħadd isiefer għal rasu. Anzi, bosta, partikolarment familji bi tfal żgħar li ma tantx għandhom ħin fuq idejhom biex jippreparaw, u fuq l-oppost tagħhom, l-anzjani li żmienhom għamluh u issa jixtiequ jsibu kollox (kif jgħid il-Malti) fuq platt, dawn aktarx qed iħallu dawn il-gżejjer għal btala tagħhom ma’ xi aÄ¡enzija tal-ivjaġġar, fejn ħafna drabi dawn tal-aħħar jieħdu ħsieb kollox huma.