L-Università ta’ Malta nehdiet il-ProÄ‹ess tal-Ippjanar StrateÄ¡iku sabiex taġġorna l-viżjoni u l-missjoni tagħha għas-snin li Ä¡ejjin. Il-Pjan Strateġiku 2020-2025 jippreżenta għadd ta’ għanijiet Ä¡enerali u pjan direzzjonali dwar kif dawn jistgħu jintlaħqu.
Fl-ewwel xhur tal-2019, l-Università għamlet stħarriÄ¡ ma’ aktar minn 15,750 membru u partijiet interessati esterni tagħha biex tikseb il-fehmiet tagħhom fuq il-ProÄ‹ess tal-Ippjanar StrateÄ¡iku. It-temi tal-istħarriÄ¡ jirriflettu l-istrateÄ¡iji ewlenin: it-tagħlim u l-istruzzjoni, ir-riÄ‹erka u t-trasferiment tal-għarfien, il-fatturi soÄ‹jali u l-impatt tagħhom, l-impatt fuq l-Intrapriża u l-industrija, l-impatt nazzjonali, il-viżjoni internazzjonali, is-sostenibbiltà, u s-sapport amministrattiv.