Is-sena li għaddiet ħabat it-300 anniversarju mit-twelid tal-Kanonku Ä an Piet FranÄ¡isk Agius de Soldanis (1712-1770). Kien l-ewwel wieħed li xandar kemm felaħ fuq l-ilsien Malti u kiteb fuq l-istorja, ir-reliÄ¡jon u l-kultura tal-Maltin.
Fil-Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta ttellgħet wirja fuq de Soldanis. Fiha ġew esebiti l-manuskritti ta’ de Soldanis, xi sejbiet arkeoloġiċi sbieħ li semma f’xogħlijietu, u pitturi ta’ Favray li kien semmiehom fil-grammatika u fid-dizzjunarju. Aktar tagħrif fuq il-wirja ssibu minn hawn: .
Mill-Ministeru ta' Għawdex tista' tixtri kopja tal-mappa dettaljata ta’ Għawdex li nsibuha maħżuża fil-volum manuskritt ta’ de Soldanis, l-Istorja ta’ Għawdex.
L-istudenti tar-raba’ sena tas-sekondarja li attendew il-wirja ngħatalhom [PDF] fuq de Soldanis. Barra li dan hu miktub b’mod mexxej u mżewwaq b’pitturi tal-epoka, fih it- [PDF] u d- [PDF] ta’ de Soldanis. Ideali għat-tħejjija tal-eżami taċ-ĊES.
Wara l-ewwel [PDF] li saret fuq de Soldanis fil-Bibljoteka Nazzjonali, fit-8 ta' Novembru saret [PDF] oħra waqt il-Fiera tal-Ktieb.
F'Novembru 2012, il-President ta’ Malta organizza lejla ta’ tifkira u matulha tnieda ktieb bi studji ġodda fuq de Soldanis.
Fuq il-YouTube nfetaħ għal Agius de Soldanis. Fih issib 40 intervista ma’ storiÄ‹i u lingwisti, l-għaxar sbieħ ta’ de Soldanis moqrija u d-daħla tad-&²Ô²ú²õ±è;³Ù¾±±ð²µÄ§³Ü.
Ittella' wkoll programm tar-radju fuq de Soldanis. Dan kien fi ħsieb is-Sur Olvin Vella u s-Sa Rosabelle Carabott. Fil-programm ħadu sehem is-Sur Liam Gauci, il-Kuratur tal-Mużew Marittimu, u s-Sur Godwin Vella, il-Kap tat-Taqsima tal-Etnografija tal-Heritage Malta.
Dawn l-attivitajiet ġew organizzati mill-Ministeru għal Għawdex, il-Libreriji Maltin, il-Heritage Malta u mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università .