David Agius Muscat għadu kemm ħareġ il-ktieb Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia (1797-1850) - Raġel ta' Kultura u Qaddej tal-Patrija (pubblikazzjoni Horizons). Panzavecchia kien l-ewwel direttur tal-iskejjel primarji u ħareġ diversi kotba importanti, fosthom wieħed fuq l-istorja ta’ Malta u ieħor fuq il-grammatika tal-Malti. Ħafna minn kitbietu jinsabu fil-manuskritti tiegħu fl-Arkivju tal-Katidral ta’ Malta, l-Imdina. Dan huwa l-ewwel studju fit-tul fuq il-ħajja ta' dan il-letterat ewlieni u minsi fl-istess ħin.
It-tnedija tal-ktieb se ssir fid-29 ta' Novembru fis-6.30pm, il-Mużew Marittimu, il-Birgu. Wara se jkun hemm riċeviment żgħir b'ikel u xorb tipiku tas-seklu 19. Kulħadd huwa mistieden.
