Ħolqa worked closely with Opening Doors to put up a Festival that celebrated diversity in all its forms. Ħolqa also worked with Aldo Cauchi Savona, Sandra Mifsud, Mary-Ann Cauchi, Arts Council Malta, Alka Ceramics and Inizjamed. Ħolqa was made possible thanks to help of the President’s Award for Creativity, Buzzer Stationers and HSBC.
Ħolqa Festival Internazzjonali tal-Arti għaż-Żgħażagħ
Il-Festival Internazzjonali tal-Arti għaż-Å»għażagħ, Ħolqa, organizzat mill-Kulleġġ Ä an FranÄ¡isk Abela (Junior College) huwa festival annwali li jinfirex f’diversi sferi tal-arti viżiva u performattiva. Fl-2019 il-Festival ittella’ bejn il-25 u d-29 ta’ Marzu 2019 fi mkejjen diversi Ä¡ewwa l-Kulleġġ.
Fis-sitt edizzjoni tiegħu, il-Festival offra opportunitajiet varji liż-żgħażagħ li jaħdmu fil-qasam tal-arti viżiva u fix-xena tal-arti performattiva biex jesebixxu t-talenti tagħhom u jaqsmu diversi esperjenzi ma’ żgħażagħ minn pajjiżi differenti. It-tema kienet diversabbiltà (għal abbiltajiet varji) u permezz tagħha laqqajna flimkien għadd ta’ studenti u skejjel lokali ma’ dawk barranin kif ukoll klijenti b’abbiltajiet varji biex jiddjalogaw flimkien permezz tal-arti.
Flimkien ma’ għadd ta’ wirjiet minn parteċipanti barranin li ġew mill-Irlanda, mill-Belġju, minn Spanja, milll-Italja, mill-Bulgarija, u minn Franza, il-programm esebixxa wkoll it-talent tal-Orkestra, il-band, il-grupp taż-żfin, il-grupp tal-arti viżiva u l-grupp tat-teatru mill-Junior College. Il-Festival ittella’ wkoll bis-sehem tal-MCAST, Sir Mikiel Anġ Refalo Sixth Form f’Għawdex u Spero, Aġenzija Sapport, Opening Doors u Maria Gauci.
Matul il-ġimgħa ta’ attivitajiet, dawk li attendew il-Festival kellhom l-opportunità li jesperjenzaw diversi stili teatrali, kunċerti mużikali, wirjiet taż-żfin, esebizzjonijiet tal-arti viżiva, dokumentarji, diskussjonijiet strutturati, intervisti u workshops.
Ħolqa ħadem mill-qrib ma’ Opening Doors sabiex iwassal Festival li ċċelebra abbiltajiet varji fid-diversità kollha tagħhom. Ħolqa ħadem ukoll ma’ Aldo Cauchi Savona, Sandra Mifsud, Mary-Ann Cauchi mill-Kunsill Malti għall-Arti, Alka Ceramics u Inizjamed. Il-Festival ittella’ bis-saħħa tal-Premju tal-President għall-Kreattività , Buzzer Stationers u HSBC.