Saret tradizzjoni li d-Dipartiment tal-Malti tal-Junior College jorganizza konferenzi dwar il-letteratura tal-Malti u lil hinn. Għall-Konferenza dwar il-Biża’, id-Dipartiment tal-Malti għoÄ¡bu jistieden numru ta' kelliema minn dixxiplini differenti fosthom il-keynotes Prof. Gloria Lauri Lucente mill-istudji tal-film u Dr David Cassar mill-psikjatrija. Fost il-kelliema l-oħra kien hemm Dr Albert Gatt li tkellem dwar il-biża’ mill-magni li jiġġeneraw l-istejjer jew il-poeżija, Dr Immanuel Mifsud li tkellem dwar irÄ¡iel li jibżgħu min-nisa, Francois Zammit li tkellem dwar l-eroj traÄ¡iku, Leanne Ellul li tkellmet dwar in-nuqqas ta' biża’ mill-mewt f’novella ta’ Clare Azzopardi, Romario Sciberras li tkellem dwar il-biża' f'rumanz ta' Tyrone Grima mill-puntidivista Queer u Joseph Vella li tkellem dwar rappreżentazzjonijiet differenti tal-biża’ f’rumanz ta’ Ä użè BonniÄ‹i.
