Data: L-Erbgħa, 9 ta’ Marzu
Ħ¾±²Ô: 14:00
Post: L-Awditorju tal-Kulleġġ
Karnival huwa dramm ta’ Francis Ebejer li jistħarreġ it-temi tal-identità , il-bidla, u l-kontinwità f’Malta postkolonjali. F’din it-taħdita bejn Marco Galea, storiku u studjuż tat-teatru, u Damian, bin Francis Ebejer, nagħtu ħarsa lejn dan id-dramm sabiex nifhmu aħjar il-kuntest li fih inkiteb u ttella’ għall-ewwel darba. Xi studenti ta’ Teatru Kulleġġ se jagħtuna dewqa żgħira tad-dramm permezz t’addattament.
Din l-attività għandha tgħin lill-isudenti tal-Malti Avvanzat u lil studenti oħra sabiex japprezzaw aħjar il-Malti u d-dinja tat-teatru.
