Fl-2022 Leanne Ellul flimkien ma' Giola Cassar u Kenneth Sacco ppubblikat il-Ä¡abra poetika Bjuda li kienet akkumpanjata wkoll minn wirja kkurata minn Elyse Tonna. Il-proÄ¡ett kien iffinanzjat mill-AÄ¡enzija Å»għażagħ. Matul din is-sena ppubblikat numru ta' poeżiji tradotti għall-Ingliż minn Albert Gatt f'rivisti internazzjonali varji kif ukoll aġġornamenti tal-kotba Tikka Malti ma' Clare Azzopardi. Fl-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta' din is-sena ħadet il-premju għall-aħjar produzzjoni tal-ktieb Mila u l-Iljun ir-Rieqed miktub ma' Stephanie Borg Bugeja u illustrat minn Derek Fenech. Lejn l-aħħar ta' din is-sena se tkun qed tippubblika Ä¡abra poetika qsajra bl-isem Il-Manifest tas-SiÄ¡ar (EDE Books) u anke xi poeżiji oħra f'rivisti oħrajn. il-ktieb Noè u l-Iskojjattlu la Kwiet se jiÄ¡i ppubblikat bit-Taljan waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Barra minn hekk, ippreżentat programm fuq ir-radju ma' Claudia Gauci, ³¢·¡³¢Ã€, u qed isservi ta' direttriÄ‹i artistika għal Inizjamed.
