Jien u Beppe, Beppe u Jien nibet mill-passjoni kbira li Beppe Caruana, tifel awtistiku ta’ ħdax-il sena, għandu għall-kitba bil-Malti. Fuq kollox, Beppe xtaq jikteb storja miegħi, Clare Azzopardi, u flimkien iddeċidejna li l-ewwel nibdew nibagħtu l-emails lil xulxin dwar l-affarijiet li nħobbu u dawk li jdejquna jew nibżgħu minnhom. Domna, bejn wieħed u ieħor sena niktbu lil xulxin sakemm imbagħad ħassejt li kelli biżżejjed materjal biex nibni storja. Dan il-ktieb jiċċelebra is-similiritajiet u d-differenzi, l-inklużjoni u fuq kollox il-ħbiberija. Ippubblikat mill-Merlin Publishers bis-sapport tal-Ministeru tal-Inklużjoni.
