Nifirħu lil dawn il-letturi tal-Kulleġġ tagħna li nhar il-Ä imgħa 4 ta' Novembru 2022 kienu fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022. Dawn kienu Clare Azzopardi u Leanne Ellul mid-Dipartiment tal-Malti u Stephanie Bugeja mid-Dipartiment tal-PsikoloÄ¡ija.
Clare Azzopardi kienet innominata għal diversi premjijiet u rebħet b'żewÄ¡ xogħlijiet f'żewÄ¡ kategoriji differenti. #²Ô´Çħ±ô´Ç³¾±ô¾±³æ¾±»å²¹°ù²ú²¹ ħa l-premju għall-aqwa xogħol oriÄ¡inali fil-kategorija taż-żgħażagħ filwaqt li Mustaċċi Jivvintahom rebaħ fil-kategorija tat-traduzzjoni (0-7 snin).
Mila u l-Iljun ir-Rieqed, ippubblikat minn Merlin Publishers fl-2021, jirrakkonta l-istorja ta' Mila li għandha l-awtiżmu ... iżda mhux biss! Huwa ktieb bi storja li titgawda minn kulħadd, storja li nistgħu nirrelataw magħha, li tirrabjana f'xi waqtiet, imma tferraħna ħafna wkoll. Il-ktieb miktub minn Leanne Ellul u Stephanie Bugeja għandu illustrazzjonijiet ta' Alice Samuel u għadu kemm rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022 għall-aqwa produzzjoni!
