Għall-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Poeżija, id-Dipartiment tal-Malti stieden lill-professur u poeta Simone Galea biex tiġi tiltaqa’ mal-istudenti tal-Junior College, b’mod speċjali dawk li qed jistudjaw il-poeżiji tagħha fis-sillabi tal-Malti Avvanzat u Intermedju. Kienet okkażjoni mill-isbaħ kemm għall-istudenti kif ukoll għall-poeta biex flimkien jiddiskutu temi relatati mal-kitba u r-rilevanza tal-poeżija fil-kuntesti soċjali nazzjonali u internazzjonali li ngħixu fihom.
