It-Tewmin Tina u Tano ġie ispirat minn komunikazzjoni li Dr Olivia Galea Seychell kellha ma' binha Beppe Caruana, tifel awtistiku ta’ tnax-il sena. Il-ktieb huwa dwar it-tewmin Tina u Tano, li qegħdin fuq il-firxa wiesgħa tal-ispettru tal-awtiżmu. Dawn it-tewmin jixtiequ jsiru jafu aktar dwar l-awtiżmu. Minn fuq it-tablet huma jiskopru u jitgħallmu xi jkun qed jiġri f'moħħhom.
Dan il-ktieb miktub minn Dr Olivia Galea Seychell, psikologa soċjali u lettriċi f' ħdan id-Dipartiment tal-Psikoloġija, ġie ippubblikat mill-Horizons b' kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Il-ktieb huwa riżorsa għall-familji u professjonisti li jaħdmu ma' tfal li qegħdin fuq il-firxa wiesgħa tal-ispettru tal-awtiżmu.

