Nhar id-19 ta' Ottubru 2023 iktar minn 60 student u studenta tal-Malti u l-Ingliż żaru l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f'Ta' Qali. Hemmhekk kellhom iċ-ċans jimirħu qalb l-istands tal-kotba u jixtru xi ktieb jew tnejn. Attendew ukoll għal sessjoni importanti mal-kittieba popolari Irlandiża Sam Blake. L-istudenti kienu mħeġġa jiktbu sabiex jiskopru l-qawwa tal-istejjer. Din l-attività kienet possibbli bis-sehem konġunt tad-Dipartiment tal-Malti u d-Dipartiment tal-Ingliż.
