Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Jannar 2025, Dr David Aloisio, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College, żar il-Kulleġġ Sir M.A. Refalo f’Għawdex sabiex jiltaqa’ mal-istudenti kollha li qegħdin jistudjaw il-Malti fil-livell avvanzat u fil-livell intermedju. Waqt il-preżentazzjoni interattiva l-istudenti kellhom iċ-ċans janalizzaw u jiddiskutu diversi aspetti misluta mill-poeżiji tal-Prof. Simone Galea. Din l-attività ttellgħet f'kollaborazzjoni mal-Inizjamed.
