Nhar il-臓img魔a 16 ta' Jannar 2026, l-istudenti tal-Malti u studenti o魔ra ng魔ataw l-opportunit脿 li jisimg魔u u jistaqsu fuq karrieri relatati mal-lingwa Maltija. Illum, it-toroq huma 魔afna aktar miftu魔a u varjati minn dawk ta' ftit snin ilu u jinkludu l-avukati u n-nutara, il-摹urnalisti, it-tradutturi u l-interpreti, edukaturi u ri膵erkaturi f'livelli differenti, qarrejja tal-provi u edituri, u kittieba g魔ax-xandir. Il-魔ames kelliema g魔all-edizzjoni ta' din is-sena kienu:
- Chris Cini, avukat
- Glen Falzon, 摹urnalist
- Sephora Francalanza, traduttri膵i
- Justine Somerville, lettri膵i
- Klara Vassallo, g魔alliema u studenta postgradwatorja
Id-Dipt tal-Malti tal-Kulle摹摹 jixtieq jirringrazzja lill-kelliema u lis-Sa Christabel Saliba mis-Servizzi tal-Istudenti u li kienet ta' g魔ajnuna kbira 魔afna fit-tlug魔 ta' din l-attivit脿.
