Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta jixtieq isellem lill-Prof. Charles Briffa li għadu kemm ħalliena. Għal numru ta' snin il-Prof. Briffa għallem fid-Dipartiment tagħna u mexxa għadd ta' teżijiet. Kiteb ukoll kotba fuq il-lingwa, il-lingwistika, l-istorja tal-letteratura Maltija, u l-kritika letterarja, u ħadem fil-qasam tal-lessikografija permezz ta’ dizzjunarji ġenerali u tekniċi, ilkoll xhieda tal-impenn tiegħu fl-istudji tal-Malti u fit-tagħlim, anki permezz tax-xandir pubbliku.
Kien ukoll kollega tagħna fil-Fakultà tal-Arti bħala lettur f'dak li llum huwa d-Dipartiment tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar li fih kompla l-ħidma tiegħu fuq il-Malti permezz ta' xogħlijiet ta' traduzzjoni u xogħlijiet fuq it-traduzzjoni.
Għal numru ta' snin il-Prof. Charles Briffa kien President tal-Akkademja tal-Malti u membru attiv tal- li fih ta sehem kbir fil-kumitati tekniċi u fit-tfassil tad-Deċiżjonijiet 1 u 2.
Bħala Editur Ä enerali tal-Kullana Kulturali ppubblikata mill-PIN, ta lir-riÄ‹erkaturi, lill-istudenti tagħna, u lill-poplu għodda imprezzabbli għall-istudju dejjem aġġornat tal-kultura Maltija matul iż-żmien.
Il-membri tad-Dipartiment tal-Malti jagħtu l-għomor lil martu Angela, lil uliedu, u lill-familja kollha.