Event: Is-Satira Politika fil-Karnival ta’ Malta Matul iż-Żmien
Date: L-Erbgħa, 12 ta’ Novembru 2025
Time: 18:30
Venue: Kamra 6, L-Università l-Qadima, il-Belt Valletta
Wara ħafna snin li s-satira kienet nieqsa mill-Karnival Malti, fl-2012 il-gvern ta permess li din terÄ¡a’ tidħol fil-karrijiet u fil-kostumi.
Kienet ilha li waqfet, b’ordnijiet tal-pulizija fl-1935 u, aktar tard, tal-gvern fl-1955.
Iżda qabel dan, is-satira kienet waħda mill-affarijiet ewlenin li kienet tagħti ħajja lill-Karnival. Il-Kavallieri stess kienu jidħqu bihom infushom meta kienu jarmaw xi karru satiriku u jeħduh taħt il-palazz tal-Gran Mastru biex in-nies tal-pjazza tidħaq u tifraħ bih. Id-drawwa tqawwiet fiż-żmien l-Ingliżi. Il-biċċa l-kbira tas-satira kienet ta’ natura politika, iżda kien hemm ukoll min kien jiżżufjetta b’persunaġġi reali jew fittizji. U kien hemm ukoll kumpaniji ta’ ħbieb li, aktar minn satira, kienu joħolqu spettaklu sħiħ billi jilbsu ta’ nies importanti u jduru ma’ bliet u rħula differenti. Kulħadd kien joħroÄ¡ jammira l-kostumi sbieħ u jidħaq għall-mod kif kienu jibnu xena sħiħa bil-preżenza u r-reÄ‹tar tagħhom.
Dan il-lekÄ‹er pubbliku ser jiddiskuti s-satira f’Malta waqt il-Karnival. Ser jiffoka b’mod partikolari fuq iż-żuffjett satiriku li kien isir fis-seklu dsatax u fil-bidu tas-seklu għoxrin. Din it-taħdita ser tqajjem ukoll xi punti dwar is-satira li kienet issir wara l-1955, li kienet marbuta maÄ‹-Ä‹elebrazzjonijiet li kienu jsiru fl-ewwel ta’ Mejju, u tagħti ħarsa lejn il-karnivalijiet tal-lum.
Il-kelliema, Il-Professur Vicki Ann Cremona tgħallem fid-Dipartiment tal-Istudji Teatrali fl-Iskola tal-Arti Performattiva fi ħdan l-Università ta’ Malta. Hija studjat fi Franza fl-Università ta’ Provence. Ippubblikat bosta xogħlijiet ta’ studju fuq livell internazzjonali, dwar it-teatru f’Malta, il-Commedia dell’Arte, l-antropoloÄ¡ija teatrali, l-ispettakli pubbliÄ‹i bħall-Karnival, il-kostum teatrali u suġġetti oħra. Il-ktieb tagħha, ‘Il-Karnival u l-Poter, Logħob u Politika fi Gżira Kolonjali’ (Carnival and Power, Play and Politics in a Crown Colony) Ä¡ie ppubblikat minn Palgrave Macmillan, Londra fl-2018 (304pp.). F’Novembru se jiÄ¡i ppubblikat ix-xogħol tagħha fuq l-Istorja tat-Teatru Rjal (The Malta Royal Opera House: Power, Culture, and the Stage), żewÄ¡ volumi ppubblikati minn Patrimonju Malti u Kite Publishers.
Ibbukja post għal dan il-lekċer billi tibgħat email fuq stefan.sacco@um.edu.mt jew billi ċċempel fuq 2340 3524.