¸£ÀûÔÚÏßÃâ·Ñ

Menu

Pubblikazzjoni: Il-Malti f’Politika Lingwistika Nazzjonali

Event: Pubblikazzjoni: Il-Malti f’Politika Lingwistika Nazzjonali

Date: Il-Ħamis 18 ta' Ġunju 2026

Time: 14:00-15:00

Venue: Lecture Theatre (LT1), Sala Erin Serracino Inglott, UM Msida Campus

Fit-18 ta' Ä unju 2026, fis-14:00 fl-LT1, id-Dipartiment tal-Istudji PolitiÄ‹i u l-Governanza u d-Dipartiment tal-Malti, b'kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Lingwistika u t-TeknoloÄ¡ija tal-Lingwa, se jniedu l-pubblikazzjoni "Il-Malti f’Politika Lingwistika Nazzjonali". Din il-pubblikazzjoni għandha l-għan li tħeġġeÄ¡ lill-partijiet kollha kkonÄ‹ernati biex jinbeda b’mod strutturat u inklussiv il-proÄ‹ess tat-tfassil ta’ politika lingwistika nazzjonali għal Malta fil-kuntest ta’ soÄ‹jetà pluralista u multikulturali. Din il-pubblikazzjoni tiÄ¡bor fiha r-riÄ‹erka li Ä¡iet ippreżentata fil-konferenza Lingua Politik 4 f'Mejju tal-2025.

L-attività se tiftaħ b’introduzzjoni minn Dr Kurt Borg, Lettur fid-Dipartiment tal-Istudji PolitiÄ‹i u l-Governanza, li se tagħti l-kuntest li kkaratterizza l-ħidma li saret matul dawn l-aħħar ħames snin u l-għanijiet ta’ din il-pubblikazzjoni.

Wara, il-Prof. Adrian Grima, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, se jippreżenta l-pubblikazzjoni tal-Atti ta’ Lingua Politik 4 u jiffoka fuq il-kontributi ewlenin fil-konferenza u l-valur akkademiku u politiku ta’ dan il-proÄ¡ett li ffoka fuq is-sehem tal-lingwa nazzjonali f’pajjiż fejn jintużaw għadd ta’ lingwi.

Dr Marie-Louise Mangion, il-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji PolitiÄ‹i u l-Governanza, se tiddiskuti l-proÄ‹ess tat-tfassil ta’ politika lingwistika nazzjonali u fuq il-ħtieÄ¡a li dan il-proÄ‹ess jitmexxa b’mod strutturat, inklussiv u bbażat fuq l-evidenza, sabiex Malta tkun tista’ tindirizza b’mod effettiv ir-realtajiet lingwistiÄ‹i tagħha.

Il-Prof. Ray Fabri, il-Kap tal-Istitut tal-Lingwistika u t-TeknoloÄ¡ija tal-Lingwa, se jippreżenta l-elementi fundamentali li jiffurmaw politika lingwistika nazzjonali komprensiva u se juri kif id-diversi elementi jistgħu jiÄ¡u integrati f’qafas strateÄ¡iku li jwieÄ¡eb għall-ħtiÄ¡ijiet kontemporanji tal-pajjiż.

L-attività tagħlaq b’sessjoni ta’ mistoqsijiet u kummenti li toffri spazju għal djalogu miftuħ u riflessjoni fuq il-proposti u l-ideat imressqa.

Ir-reġistrazzjonijiet għal din it-tnedija qed jintlaqgħu .

Kull min jattendi jingħata kopja tal-pubblikazzjoni b'xejn.


Categories