Ħsieb, twemmin u użanzi - dawk huma l-affarijiet li jagħmlu r-ritwali tagħna, li sena wara sena nesperjenzaw flimkien. Fil-programm Radju Ritwali, sejrin nagħtu ħarsa lejn il-ħafna ritwali reliÄ¡jużi u komunitarji li jgħaqqduna flimkien bħala komunità. Ser inħarsu lejn ir-ritwal mhux bħala realtà storika, iżda bħala waħda ħajja X'inhuma l-elementi komuni? Is-simboli wara r-ritwal? Kif jgħixuhom in-nies dawn ir-ritwali? F'dan il-programm, immexxi minn Joseph Galea, ser nitkellmu ma' Giuliana Barbaro-Sant u Alex Vella Gregory fuq il-proÄ¡ett artistiku u diÄ¡itali RITWALI. F'kull programm sejrin nagħtu ħarsa fil-fond lejn aspetti differenti ta' dan il-proÄ¡ett.