Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru 2024 se jittella’ panel ta’ diskussjoni mal-kontestanti għall-elezzjonijiet tal-KSJC. Din hija okkażjoni biex nisimgħu x’għandhom xi jgħidu dawn iż-żgħażagħ u x’inhi l-viżjoni tagħhom. Hija wkoll opportunità għal kull min jixtieq jistaqsihom u jiddiskuti magħhom temi differenti. Se jkun hemm studenta tat-tieni sena li se timmodera s-sessjoni. Id-diskussjoni se ssir fis-Sala 247 (Sala D216) u tibda fil-11:00. L-istudenti li jixtiequ jattendu se jiġu eżentati.

 
								 
								