¸£ÀûÔÚÏßÃâ·Ñ

Togħma ta' Shakespeare

Togħma ta' Shakespeare

Meta ssemmi lil Shakespeare, ħafna jqarrsu wicchom. Jgħidulek uff, xi dwejjaq! Tqil.. Mhux interessanti... u ħafna kummenti simili. Nassoċjawh ma' lezzjonijiet twal u tagħlim bl-amment. Imma għal xi raguni, 450 sena wara li twieled (għax dis-sena kien jagħlaq 450 sena kieku għadu ħaj) għadna naraw ix-xogħlijiet tiegħu isiru films, u espressjonijiet minn tiegħu jintużaw fil-lingwaġġ ordinarju u kuljum tal-ingliżi. Mhiex ħaġa tal-iskantament, meta tikkunsidra li biss biss kiteb 37 play dwar ir-rejiet tal-Ingilterra, dwar ir-Rumani, dwar l-imħabba, kemm traġika kif ukoll komika... insomma fuq id-diversi aspetti tal-ħajja u l-istorja tal-bniedem.

U dan minbarra il 154 sonnet, u xi poeżiji oħra twal. Il programm 'Togħma ta' Shakespeare' mhux se jidħol fil-fond dwar xi xogħol wieħed tiegħu, u żgur li mhux intenzjonat li jkun xi programm akkademiku tqil immirat lejn u bejn l-istudjużi. Il-programm irid jagħti togħma ta' dan il-wisgħa ta' xogħlijiet, togħma li twebbel u li tintgħogob kemm jekk tieħu tnaqqira, kif ukoll jekk tiekol ikla iklun. It-togħma tibqa' l-istess. Nistennewkom.

Produzzjoni u preżentazzjoni ta' Martin Bugelli.

Togħma ta' Shakespeare | 1

















Togħma ta' Shakespeare | 2


















/services/campus1037/ondemand/worldhistoryculture/togmatashakespeare/