Niżviluppaw Sinerġiji bejn l-Akkademja u l-Industrija
“L-Impatt fuq l-Intrapriża u l-Industrija” hija waħda mit-Temi StrateÄ¡iÄ‹i tal-Pjan Strateġiku 2020-2025, li testabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iÄ‹-Ä‹entri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha.
L-Università ta’ Malta qiegħda tinvesti biex iżżid il-kapaÄ‹ità tagħha għal attività kollaborattiva ma’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), mal-industrija u ma’ partijiet soÄ‹jali u ekonomiÄ‹i oħra. L-intrapriża u l-innovazzjoni huma pedamenti strateÄ¡iÄ‹i għall-iżvilupp kontinwu tal-għarfien u l-programmi ta’ riÄ‹erka biex ikollna impatt pożittiv fuq is-soÄ‹jetà u l-ekonomija. Se nagħmlu ħilitna biex immexxu ’l quddiem il-prijoritajiet li jikkonÄ‹ernaw it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, il-kuntatt tagħna ’l barra mill-Università, u l-programmi edukattivi għat-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp ekonomiku.
L-Impatt fuq l-Intrapriża u l-Industrija
|
|
|
L-Istrateġiji Ewlenin |
L-Istrateġiji Biex Nilħqu l-Għanijiet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bħalissa Malta qiegħda tgawdi minn kważi impjieg sħiħ li ħoloq firxa wiesgħa ta’ karrieri u opportunitajiet tax-xogħol għall-gradwati tagħna. Madankollu, hemm għadd ta’ diskrepanzi fl-għarfien u l-ħiliet meta tqis id-domanda kbira ta’ diversi setturi. Ir-riÄ‹erka u r-rappurtaġġ ta’ dawn id-diskrepanzi minn żmien għal żmien jgħinu fit-tfassil tas-sisien għat-teħid ta’ deÄ‹iżjonijiet dwar l-iżvilupp tal-kurrikulu u l-ippjanar tal-impjieg.
Se nħeġġu l-parteÄ‹ipazzjoni tal-industrija fl-iżvilupp tal-programmi tat-tagħlim billi ntejbu d-djalogu mal-industrija permezz ta’ gruppi konsultattivi strateÄ¡iÄ‹i, gruppi fokali u eżerÄ‹izzji ta’ stħarriÄ¡, u l-involviment attiv fl-iżvilupp tal-kurrikulu.
Malta għandha firxa rikka ta’ kumpaniji lokali li kibru u rnexxew. Il-komunità tal-istudenti tista’ tibbenefika mill-għarfien dwar il-qofol ta’ dawn l-istejjer ta’ suċċess, li jistgħu jkunu disponibbli permezz ta’ katalgi bi studji fattwali fuq l-imprendituri lokali.
Se nħeġġu biex jittellgħu iżjed sessjonijiet tas-Sensiela tal-Kelliema Industrijali li jlaqqgħu kelliema korporattivi u pubbliÄ‹i tal-ogħla livell mid-dinjiet tal-kummerÄ‹, l-arti, l-akkademja u s-soÄ‹jetà Ä‹ivili fuq il-kampus tagħna biex jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom. Se nippromovu wkoll is-Sensiela tal-Letturi Distinti, li fiha speÄ‹jalisti mill-oqsma rispettivi tagħhom jiÄ¡u mistiedna jiddiskutu mal-istudenti u l-akkademiÄ‹i bħala parti mill-kurrikulu.
Se nagħmlu l-almu tagħna biex intejbu l-esperjenza tat-tagħlim għall-istudenti tal-korsijiet tal-ewwel grad u postgradwatorji permezz ta’ proÄ¡etti, assenjamenti u attivitajiet oħra mal-intrapriżi li jiffaÄ‹ilitaw l-interazzjoni prattika mal-industrija. Il-programmi ta’ studju jistgħu jitfasslu biex jiżguraw li l-istudenti tal-ewwel grad ikollhom iÄ‹-Ä‹ans jipparteÄ‹ipaw f’attivitajiet li jkunu bbażati fuq proÄ¡etti varji matul iż-żmien tal-istudju tagħhom fl-Università ta’ Malta. L-esperjenza tat-tagħlim titjieb jekk l-istudenti jiksbu l-esperjenza biex isolvu l-problemi tal-ħajja reali, jitgħallmu kif jindirizzaw mistoqsijiet kritiÄ‹i, jagħrfu jikkontrollaw l-inÄ‹ertezza, u jieħdu sehem f’soluzzjonijiet prattiÄ‹i ma’ superviżuri akkademiÄ‹i esperti u konsulenti mill-industrija.
Mir-reazzjonijiet li rÄ‹ivejna mill-industrija, hemm bżonn nippreparaw aħjar lill-istudenti bl-għarfien u l-ħiliet relevanti u essenzjali għad-dinja interkonnessa tal-lum. Il-ħiliet li qegħdin ifittxu l-impjegaturi jinkludu s-sejba tas-soluzzjoni għall-problemi, il-ħiliet interpersonali, il-komunikazzjoni viżiva u l-imÄ¡iba professjonali. Il-kumplessità u l-internazzjonalizzazzjoni tal-kummerÄ‹ qed jiżdiedu, u għalhekk il-gradwati għandhom aktar pressjoni biex ikunu effettivi fil-ħila tal-kollaborazzjoni u meta jaħdmu f’tim f’ambjenti tal-globalizzazzjoni u d-diÄ¡italizzazzjoni. Se nagħmlu ħilitna biex niffukaw fuq dawn il-ħiliet u se ninkludu wkoll elementi ta’ Ä‹ittadinanza tajba fil-kurrikulu, it-tħassib u l-empatija għall-benesseri tal-koħaddiema u l-klijenti, kif ukoll il-ħiliet tal-organizzazzjoni u t-tmexxija tradizzjonali. Se nadottaw metodi tradizzjonali u innovattivi li jinkludu l-isport u l-attività fiżika biex niżviluppaw il-kapaÄ‹ità tal-istudenti li jsolvu l-problemi b’mod effettiv u jkunu reżiljenti.
Fid-dawl tar-reazzjonijiet li kellna mill-SMEs u korporazzjonijiet industrijali akbar, l-Università tagħraf li hemm bżonn taħriÄ¡ fil-ħiliet kummerÄ‹jali, li jista’ jiÄ¡i pprovdut bi programmi mifruxa mal-Università li jkunu aċċessibbli għad-dixxiplini kollha.
Il-ħiliet koperattivi u intraprenditorjali, flimkien max-xogħol li naħdmu għal rasna, huma importanti għall-istabbiltà u r-reżiljenza tal-ekonomija. Għalhekk, se nimpenjaw ruħna li nżidu d-dispożizzjoni tal-istruzzjoni li tħeġġeÄ¡ l-iżvilupp ta’ ideat kummerÄ‹jali u t-twaqqif ta’ taqsimiet u organizzazzjonijiet kummerÄ‹jali, megħjuna bl-għerf tal-governanza u l-litteriżmu finanzjarju.
L-Università qed taġġorna r-riżorsi tagħha biex toffri żvilupp professjonali kontinwu għall-prattikanti u l-professjonisti eżekuttivi. L-infrastruttura meħtieÄ¡a biex ikollna firxa usa’ ta’ programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja tinkludi d-dispożizzjoni ta’ nies esperti li jħarrÄ¡u, ambjenti ta’ tagħlim u sistemi ta’ għajnuna amministrattiva għall-edukaturi u l-istudenti. Il-programmi għandhom l-għan li jżommu lill-parteÄ‹ipanti aġġornati fuq l-avvanzi li kontinwament qegħdin isiru fil-qasam tagħhom u fl-użu ta’ teknoloÄ¡iji relatati.
L-edukazzjoni elettronika tibqa’ pjattaforma effiÄ‹jenti li żżid l-aċċessibbiltà tal-edukazzjoni għall-istudenti adulti li għandhom karriera u l-impenji tal-familja. Se nfittxu li nikkollaboraw ma’ pubblikaturi ta’ livell dinji biex nużaw l-għarfien espert u l-kontenut tal-kurrikulu tagħhom għall-iżvilupp ta’ pjattaformi tat-tagħlim diÄ¡itali.
L-ekonomija Maltija u l-prodott domestiku gross qed jiżdiedu b'rata sostanzjali. Il-pajjiż miexi ’l quddiem mil-lat ta’ Ä¡id ekonomiku, ħaÄ¡a li magħha ma ġġibx biss aktar prosperità imma wkoll livell ogħla ta’ responsabbiltà fejn jidħlu l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni. Għal dan il-għan, se nikkontribwixxu billi nwasslu edukazzjoni b’mod aktar intensiv fuq ir-regolamentazzjoni u l-konformità f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-istituzzjonijiet internazzjonali li jispeÄ‹jalizzaw fl-oqsma regolatorji rispettivi..
L-Università se żżid l-involviment tagħha mal-intrapriżi u l-assoÄ‹jazzjonijiet tal-industrija bħala partijiet interessati esterni u msieħba soÄ‹jali. L-għan tagħna hu li nrawmu ambjent ta’ djalogu u ta’ qsim ta’ għarfien ma’ dan il-grupp importanti ta’ impjegaturi li jifforma l-maġġoranza tal-popolazzjoni ggradwata. Il-ħsieb tagħna hu li nżidu t-tixrid tal-għarfien intern f’oqsma speÄ‹ifiÄ‹i mal-imsieħba industrijali. Hemm il-ħtieÄ¡a li nipprowovu l-esperti akkademiÄ‹i mal-komunità kummerÄ‹jali u li nippreżentaw il-proÄ¡etti u t-teżijiet tal-istudenti mal-imsieħba esterni relevanti. Se nkomplu nippromwovu l-firxa wiesgħa u profonda ta’ korsijiet qosra, diplomi, programmi tal-ewwel grad u oħrajn postgradwatorji tal-Università mal-istudenti u l-impjegaturi.
Il-Forum StrateÄ¡iku tal-Università ta’ Malta għall-Intrapriża, il-Gvern u l-Imsieħba SoÄ‹jali, li attira udjenza kbira fil-bidu tal-2019, hu maħsub li jsir avveniment li, mill-inqas, jibqa’ jittella’ kull sentejn. L-Università se tospita konferenzi akkademiÄ‹i għas-setturi industrijali li huma l-ikbar kontributuri għall-ekonomija Maltija. Se norganizzaw seminars dwar l-oqsma emerÄ¡enti ta’ interess pubbliku u suġġetti kontemporanji biex inxerrdu għarfien Ä¡did fil-komunità tal-Università magħmula minn 15,750 membru u mal-pubbliku inÄ¡enerali. L-Università tista’ sservi ta’ katalista biex tagħti importanza akbar lill-prodotti u s-servizzi lokali, li jinkludu dawk iġġenerati mill-SMEs fl-oqsma tal-agrikultura, il-produzzjoni tal-ikel, l-akkomodazzjoni turistika, l-ispettaklu u l-industrija tad-divertiment.