Il-viżjoni, il-missjoni u l-valuri tal-Università ta’ Malta hume riflessi fil-Pjan Strateġiku 2020-2025 u Ä¡ejjin mix-xewqa tal-komunità li timxi ’l quddiem u tħaddan sfidi Ä¡odda. L-Università impenjata biex taqdi b’mod sostenibbli lill-istudenti, lill-akkademja u lis-soÄ‹jetà.
Il-viżjoni tal-Università ta’ Malta hija li tikseb postha fost l-istituzzjonijiet ewlenin li jmexxu l-edukazzjoni ogħla, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reÄ¡jun tagħna, ta’ pajjiżna u tas-soÄ‹jetà, b’mod Ä¡enerali. Se nkomplu naħdmu fuq it-tradizzjoni tagħna li niżviluppaw l-għarfien meħtieÄ¡ biex Malta tkun tista’ tikber f’nazzjon-gżira żgħir u bħala stat membru ta’ komunità internazzjonali usa’.
Il-missjoni tagħna hija li naqdu l-aspirazzjonijiet tal-poplu ta’ dawn il-gżejjer billi noffru edukazzjoni ogħla ta’ kwalità fl-arti, ix-xjenza, ix-xjenzi soÄ‹jali, l-istudji umanistiÄ‹i u f’oqsma oħra ta’ għarfien meħtieÄ¡a għall-iżvilupp ekonomiku, soÄ‹jali u kulturali ta’ Malta permezz ta’ studji akkademiÄ‹i b’mistoqsijiet kritiÄ‹i, skoperti, riÄ‹erka u servizzi għall-komunità. L-Università se twettaq dawn il-funzjonijiet b’mod sostenibbli għall-bżonnijiet attwali u tal-Ä¡ejjieni ta’ pajjiżna.
Bħala membri taż-Å»ona Ewropea ta’ Edukazzjoni Ogħla u firmatarji tal-Magna Charta Universitatum, aħna impenjati lejn il-valuri tal-libertà akkademika, l-awtonomija istituzzjonali, it-tmexxija tajba, il-kontabbiltà, l-ugwaljanza u r-responsabbiltà soÄ‹jali.