Inrawmu l-Wirt, il-Kultura u l-Iżvilupp Ekonomiku ta’ Malta
“L-Impatt Nazzjonali” hija waħda mit-Temi StrateÄ¡iÄ‹i tal-Pjan Strateġiku 2020-2025, li testabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iÄ‹-Ä‹entri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha.
L-Università ta’ Malta identifikat għadd ta’ fatturi li, fil-fehma tagħha, għandhom importanza u impatt nazzjonali sinifikanti. Dawn huma l-wirt kulturali u l-identità, il-lingwa Maltija, l-impatt ekonomiku, l-isfidi Ä¡enerali, il-ħtieÄ¡a ta’ ħaddiema kompetenti u tas-sengħa, l-opportunitajiet għat-tkabbir, u l-effett tal-klassifiki internazzjonali fuq il-perÄ‹ezzjoni tal-Università fis-soÄ‹jetà Maltija. Il-fatturi identifikati jinfluwenzaw lil xulxin u flimkien iħallu impatt qawwi fuq il-ħajja tan-nazzjon.
L-Impatt Nazzjonali
|
|
|
L-Istrateġiji Ewlenin |
L-Istrateġiji Biex Nilħqu l-Għanijiet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-Università ta’ Malta hi l-unika università pubblika u komprensiva f’Malta, u għalhekk għandha rwol kruÄ‹jali fil-ħarsien u l-iżvilupp tal-kultura nazzjonali, fil-protezzjoni tal-wirt kulturali u fid-difiża ta’ l-identità nazzjonali. Se naħdmu bis-sħiħ biex inrawmu fl-istudenti tagħna kuxjenza u apprezzament għall-identità u l-kultura Maltija billi noħolqu sens ta’ komunità magħġuna f’ideali demokratiÄ‹i b’saħħithom u li tħaddan il-valuri tat-tolleranza, il-Ä¡ustizzja u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni fis-soÄ‹jetà multikulturali tal-lum. Mod kif nilħqu dan l-għan hu li niżguraw li, meta jkun prattiku, il-programmi ta’ studju jinkludu l-apprezzament tal-wirt kulturali tagħna.
Id-dehra Ä¡dida li ngħatat lill-marka tal-Università fl-2018, b’enfasi fuq l-isem uffiÄ‹jali tagħha ‘L-Università ta’ Malta’, turi Ä‹ar l-importanza li l-Università hi impenjata li tagħti lill-ħarsien u l-iżvilupp tal-ilsien Malti. Dan irid isir filwaqt li nkomplu ngħożżu l-lingwa Ingliża u nippromwovu l-profiÄ‹jenza tal-istudenti f’mill-inqas lingwa barranija oħra. Se nippromwovu inizjattivi biex inħeġġu lill-istudenti jiktbu studji akkademiÄ‹i f’pubblikazzjonijiet umanistiÄ‹i u xjentifiÄ‹i bil-Malti ħalli jkomplu jarrikkixxu r-repertorju lingwistiku tagħhom. Dawn ix-xogħlijiet jiÄ¡u ppubblikati f’rivista ta’ riÄ‹erka tal-Università. Se nikkunsidraw li noħolqu verżjoni bil-Malti tar-rivista THINK bħala radd il-ħajr għax-xogħol li għamlu studjużi lokali bis-saħħa tal-lingwa nazzjonali tagħna. Se naraw li niżviluppaw politika lingwistika u li noffru lill-istudenti u l-istaff internazzjonali l-opportunità li jistudjaw il-Malti. Se nkomplu nipprowovu l-ħiliet fil-lingwa Maltija f’sitwazzjonijiet speÄ‹ifiÄ‹i, bħall-professjonijiet tal-kura.
L-impatt tal-Università fuq l-ekonomija nazzjonali huwa, primarjament, li tħejji l-kapital uman lokali, mogħni bil-kreattività u l-kultura, li huwa wkoll lest biex jagħti servizz lill-industrija u s-suq tax-xogħol li jibqa’ jevolvi. Se nagħmlu ħilitna biex nipprovdu gradwati fl-oqsma tal-IntelliÄ¡enza ArtifiÄ‹jali, it-TeknoloÄ¡ija Finanzjarja (FinTech), it-TeknoloÄ¡iji tar-ReÄ¡istru Distribwit u setturi Ä¡odda oħra biex nappoġġjaw id-direzzjoni strateÄ¡ika tal-pajjiż ħalli jirnexxi fl-industriji emerÄ¡enti.
L-Università se tirrevedi l-proÄ‹essi tagħha tal-proÄ‹eduri tal-assigurazzjoni interna tal-kwalità bl-għan li ssib bilanÄ‹ bejn l-assigurazzjoni tal-istandards akkademiÄ‹i u sistema ta’ approvazzjoni effiÄ‹jenti. Minkejja li l-iskop tal-edukazzjoni akkademika huwa usa’ milli jindirizza l-ħtiÄ¡ijiet tax-xogħol, se naraw li nżidu l-attivitajiet li jippromwovu l-edukazzjoni u l-prattika intraprenditorjali.
Malta taffaċċja numru ta’ sfidi relatati mal-Ä¡enerazzjoni attwali ta’ prosperità, li f’Ä‹erti każi jistgħu jinħolqu minħabba tensjonijiet soÄ‹jali potenzjali marbutin mal-multikulturaliżmu lokali u l-kwalità tal-ambjent fiżiku assoÄ‹jat mal-iżvilupp. Se nagħmlu li nistgħu biex, b’mod attiv, nindirizzaw dawn il-problemi bis-saħħa ta’ riÄ‹erka li tinforma u tinfluwenza d-dokumenti ta’ politika nazzjonali. Din id-direzzjoni strateÄ¡ika għandha timxi id f’id mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat fuq temi ta’ interess pubbliku.
Sfida kbira oħra li Malta qed tħabbat wiċċha magħha hija l-perÄ‹entwal baxx ta’ studenti li qegħdin ikomplu bl-edukazzjoni ogħla u l-effett tagħha fuq is-suq tax-xogħol. L-Università se tikkonsidra r-rekwiżiti tad-dħul tagħha bl-għan li tħeġġeÄ¡ aktar studenti jistudjaw f’dixxiplini differenti.
Ir-responsabbiltà fundamentali tal-Università hija li twassal edukazzjoni ta’ livell għoli li ssarraf lill-istudenti tagħha f’Ä‹ittadini bil-ħiliet u l-kompetenzi li bihom ikunu jistgħu jsostnu u jkabbru l-ekonomija, itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunità, inkluż tal-membri l-aktar dgħajfa tagħha, u jħarsu l-ambjent soÄ‹jali u fiżiku. F’sitwazzjoni globali ta’ bidliet kostanti u mgħaġġla, l-Università jeħtieÄ¡ tipprovdi programmi ta’ studju iżjed flessibbli li jkollhom element qawwi ta’ multidixxiplinarjetà bħala tħejjija għall-impjiegi li jeħtieÄ¡u versatilità aħjar, minflok ikunu limitati fuq linja waħda jew b’attenzjoni speÄ‹jalizzata. Meta jkun possibbli, dawn il-programmi għandhom jindirizzaw l-interessi personali u l-aspirazzjonijiet tal-istudenti. F’pajjiż żgħir b’riżorsi umani limitati, il-ħiliet trasferibbli huma Ä‹-Ä‹avetta għal Ä¡ejjieni ta’ suċċess li minnhom igawdu kemm l-individwu kif ukoll in-nazzjon.
Li nżommu postna bħala l-Università ewlenija tal-gżira u bħala Ä‹entru akkademiku uniku fil-Mediterran, hija opportunità kbira għal istituzzjoni li qiegħda tiċċelebra l-250 anniversarju mit-twaqqif tagħha bħala università pubblika. Se nibqgħu f’kuntatt mal-pubbliku Ä¡enerali, il-gvern il-partijiet esterni sinifikanti relatati mal-oqsma kummerÄ‹jali u industrijali, il-komunitajiet sportivi, artistiÄ‹i u kulturali, u mal-gruppi soÄ‹jali li jeħtieÄ¡u l-kura u l-attenzjoni. It-tkabbir jista’ jintlaħaq billi nindirizzaw b’mod effettiv il-ħtiÄ¡ijiet u l-esiÄ¡enzi tas-soÄ‹jetà imma wkoll billi noħolqu oqsma speÄ‹jalizzati biex l-Università tiddiversifika l-introjtu u d-dħul tagħha. Se nibqgħu disposti li ntejbu l-permeabilità għall-progressjoni tal-istudenti li jiÄ¡u mis-settur vokazzjonali u anki, u b’mod speÄ‹jali, tal-istudenti adulti li jirritornaw.
L-Università se tkompli tissorvelja u tindirizza r-rekwiżiti nazzjonali f’tentattiv biex ittejjeb il-post tagħha fil-klassifiki tal-indiÄ‹ijiet internazzjonali tal-pajjiżi, speÄ‹jalment dawk ta’ istituzzjonijiet ta’ fama bħall-Eurostat, il-Bank Dinji, il-Forum Ekonomiku Dinji, u l-aÄ¡enziji tan-Nazzjonijiet Magħquda. Id-diskrepanzi tal-indiÄ‹ijiet fil-prestazzjoni huma indikazzjoni tal-oqsma li jeħtieÄ¡u investiment u riżorsi għall-iżvilupp tal-edukazzjoni u tal-ħiliet.
Il-klassifiki li Ä¡ew ippubblikati minn istituzzjonijiet internazzjonali ta’ fama tajba poġġew lill-Università fost l-aqwa 4% tal-universitajiet fid-dinja. Sabiex intejbu iżjed din il-pożizzjoni prestiÄ¡juża, huwa kruÄ‹jali li niżviluppaw u nkabbru r-riÄ‹erka tal-Università u r-riżultati tal-innovazzjoni. L-Università se tfittex kollaborazzjonijiet ma’ universitajiet Ewropej ta’ fama biex tieħu sehem fi proÄ¡etti ta’ riÄ‹erka ambizzjużi u ffinanzjati kif jixraq li jistgħu jwasslu għal prospetti aħjar ta’ innovazzjoni u kummerÄ‹jalizzazzjoni tal-propjetà intellettwali.