¸£ÀûÔÚÏßÃâ·Ñ

VII. Is-sostenibbiltà

VII. Is-sostenibbiltà

Malta's flagGreat Britian's flag

 

Tema StrateÄ¡ika VII. Is-Sostenibbiltà

NaÄ¡ixxu b’Mod Responsabbli u NipproteÄ¡u l-Ä ejjieni Tagħna

“Is-Sostenibbilità” hija waħda mit-Temi StrateÄ¡iÄ‹i tal-Pjan Strateġiku 2020-2025, li testabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iÄ‹-Ä‹entri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha.

L-Università ta’ Malta hija impenjata li twassal is-sostenibbiltà skont il-prinÄ‹ipji tal-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Magħquda. Il-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà se jiÄ¡u integrati mal-funzjonijiet kollha, li jinkludu l-amministrazzjoni, l-istruzzjoni, u r-riÄ‹erka, u se jitmexxew minn kumitat iddedikat li jirrapporta direttament lir-Rettur. L-istrateÄ¡ija, il-linji gwida, l-assessjar, l-infrastruttura tal-informatika, l-immaniġġjar tal-proÄ¡etti, il-komunikazzjoni, il-kuxjenza, it-taħriÄ¡, l-istruzzjoni, ir-riÄ‹erka, u l-kuntatti meħtieÄ¡a se jiÄ¡u intensifikati bil-ħsieb li l-Università tinbidel f’laboratorju ħaj ta’ prattika xierqa sostenibbli.

Impenji Strateġiċi VII 2020-2025

 

Is-Sostenibbiltà
Impenji StrateÄ¡iÄ‹i VII għall-2020-2025 

   L-IstrateÄ¡iji Ewlenin

   L-IstrateÄ¡iji Biex Nilħqu l-Għanijiet

  • Napplikaw għodod għall-assessjar tas-sostenibbiltà fil-binjiet il-Ä¡odda u fir-rinovar tal-binjiet u l-infrastruttura
  • Nintegraw l-ispazji miftuħa u nÄ‹aqalqu l-parkeġġi biex inżidu l-ispazji ħodor fejn l-istudenti u l-istaff jistgħu jaqraw u jiltaqgħu 
  • Nippermettu l-flessibbiltà fl-użu tal-ispazju tal-binjiet Ä¡odda, l-estensjonijiet u rinovar
  • Insegwu proÄ‹essi ta’ akkwist ambjentali u nużaw materjali bl-inqas dannu għall-ambjent 
  • Nadottaw pjan għat-twaqqigħ, it-tnaqqis, l-użu mill-Ä¡did u r-riÄ‹iklar tal-bini, ir-radam tat-twaqqigħ u t-tħaffir, u l-użu ta’ materjali riÄ‹iklabbli fil-kostruzzjoni
  • Intejbu l-politika, il-linji gwida, il-miri, l-infrastruttura, il-miżuri, il-komunikazzjoni u l-infurzar biex innaqqsu, nagħżlu u narmu l-iskart b’mod sigur
  • Intejbu s-sistema tal-akkwist tal-prodotti u s-servizzi kollha biex inħeġġu sorsi sostenibbli, b’enfasi fuq ir-responsabbiltà tal-produttur
  • Infasslu applikazzjoni ta’ inventarju għall-użu komuni, l-użu mill-Ä¡did u l-irkupru tar-riżorsi 
  • Neliminaw l-użu tal-plastik li jintuża darba biss fl-ikel u x-xorb
  • Innaqqsu l-karta mill-formoli, mill-materjali tat-tagħlim u mill-assessjar permezz tad-diÄ¡italizzazzjoni
  • Insegwu sistemi ta’ arja kkundizzjonata effiÄ‹jenti fl-użu tal-enerÄ¡ija
  • Nippromwovu miżuri attivi u passivi għal tnaqqis fil-konsum tal-enerÄ¡ija
  • Inżidu l-binjiet bil-valuri tal-konsum tal-enerÄ¡ija primarja taħt il-miri stabbiliti għall-binjiet b’konsum baxx
  • Ngħammru l-binjiet qodma b’sistemi intelliÄ¡enti tal-immaniġġjar tal-enerÄ¡ija
  • Nibdlu l-flotta tal-karozzi tal-Università f’vetturi elettriÄ‹i
  • Nibqgħu għaddejjin b’iżjed inizjattivi għat-tnaqqis tal-emissjoni tal-karbonju
  • Intejbu l-mod li bih niÄ¡bru u naħżnu l-ilma f’Ä¡ibjuni kbar fil-binjiet il-Ä¡odda
  • Inżidu l-użu tas-sistemi intelliÄ¡enti għall-konservazzjoni tal-ilma
  • Nestendu r-riÄ‹iklar u l-infrastruttura tal-ilma mormi għal applikazzjonijiet sekondarji
  • Nagħmlu kampanja ta’ komunikazzjoni biex nippromwovu l-konservazzjoni tal-ilma
  • Inżidu l-għejun tal-ilma tax-xorb fuq il-kampus
  • Inlestu azzjonijiet għat-tnaqqis tal-konsum tal-ilma fil-laboratorji u l-binjiet tagħna
  • NinÄ‹entivaw l-ivvjaġġar attiv u niskoraġġixxu l-ivvjaġġar bil-karozza fil-Pjan ta’ Vvjaġġar Favur l-Ambjent
  • Nimplimentaw korsiji siguri għar-roti u bankini fit-toroq pubbliÄ‹i 
  • NintroduÄ‹u servizz ta’ trasport li jopera skont id-domanda 
  • Niżviluppaw is-sistema ta’ monitoraġġ tal-parkeġġ biex ikun jista’ jitfassal pjan għall-immaniġġjar tal-parkeġġ 
  • NipparteÄ‹ipaw fil-Ä imgħa Ewropea tal-Mobilità b’attivitajiet fil-jum bla karozzi
  • Inkattru l-interess fuq is-sostenibbiltà fost l-akkademiÄ‹i, l-istaff ta’ għajnuna u l-istudenti billi nippromwovu ekwità fuq il-kampus
  • Nippromwovu u nżidu l-korsijiet eżistenti li jiffukaw fuq is-sostenibbiltà
  • Inħeġġu tagħlim interdixxiplinari u riÄ‹erka fuq il-kwistjonijiet ambjentali, soÄ‹jali u ta’ sostenibbiltà ekonomika
  • Inħeġġu l-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà bħala kisbiet mit-tagħlim f’iżjed taqsimiet-studju
  • NintroduÄ‹u l-programmi ta’ tutur billi nsieħbu akkademiÄ‹i anzjani ma’ oħrajn Ä¡odda 
  • Inħeġġu d-disponibbiltà ta’ ikel sustanzjuż fl-istabbilimenti tal-ikel tal-kampus
  • Nippromwovu s-saħħa u l-eżerÄ‹izzju fiżiku billi ntejbu l-infrastruttura, l-avvenimenti u l-attività sportiva
  • Nikkonsolidaw il-politika ta’ kampus ‘ħieles mit-tabakk’
  • Nippromwovu programm ta’ bilanÄ‹ bejn ix-xogħol u l-ħajja, u sigħat flessibbli ta’ xogħol għall-ħaddiema kollha

Niżviluppaw Art u Binjiet Sostenibbli  

Il-Kampus tal-Imsida huwa magħmul minn numru ta’ binjiet imdawra bi spazji miftuħa u ħodor. Madwar 33% tad-dawra tal-kampus qed tinbena. L-ispazji ambjentali miftuħa huma ta’ benefiċċju għall-komunità tal-kampus. L-inħawi bis-siÄ¡ar tal-Kampus tal-Imsida jeħtieÄ¡u manutenzjoni kontinwa li tista’ ssir iżjed faÄ‹ilment bl-introduzzjoni ta’ Ä¡abra tal-informatika dettaljata dwar is-siÄ¡ar. Is-sostenibbiltà ta’ dawn l-inħawi tista’ titjieb bit-tħawwil ta’ siÄ¡ar indiÄ¡eni u, possibbilment, bil-promozzjoni ta’ intrapriża ambjentali, bħal fil-każ tas-siÄ¡ar taż-żebbuÄ¡, jekk u meta jkun possibbli. Minħabba li dawn l-ispazji ekoloÄ¡iÄ‹i qegħdin f’livelli differenti, l-aċċessibbiltà għalihom toffri sfida. Il-parkeġġ jieħu 47% tal-art sħiħa tal-Kampus tal-Imsida, li ma tinkludix l-inħawi bis-siÄ¡ar. It-traffiku u d-domanda għall-parkeġġ qed jagħmlu pressjoni fuq ir-riżorsa tal-art tal-kampus. Meta tqis il-medda kbira ta’ art li tintuża għall-infrastruttura tat-toroq u l-parkeġġi, malajr tintebaħ li din l-infrastruttura jeħtieÄ¡ li tkun immaniġġjata aħjar.   Filwaqt li l-kampus igawdi minn spazji miftuħa u ambjentali, id-domanda għall-ispazju qiegħda dejjem tikber, tant li diversi spazji qed jittieħdu biex jittellgħu binjiet Ä¡odda u aktar sulari fuq il-binjiet eżistenti. L-Għodod għall-Assessjar tas-Sostenibbiltà jeħtieÄ¡ li jintużaw fil-kostruzzjoni ta’ binjiet Ä¡odda u fir-rinovar tal-binjiet u l-infrastruttura. Ix-xogħol tal-kostruzzjoni joħloq volumi kbar ta’ skart tat-twaqqigħ u l-iskavar li jeħtieÄ¡ li jiÄ¡u indirizzati bi prattiÄ‹i innovattivi. Minħabba ż-żieda fid-domanda għall-ispazju, ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq binjiet Ä¡odda, l-estensjonijiet tal-bini, u x-xogħol ta’ rinovar iwasslu għal diversi xogħlijiet permanenti f’partijiet differenti tal-kampus, li jippreżentaw sfidi fl-immaniġġjar ta’ dawn l-ispazji.   Iż-żieda fid-domanda għall-ispazju fi ħdan il-bini u ’l barra minnu jeħtieÄ¡ li tiÄ¡i indirizzata, ngħidu aħna, bi prattiÄ‹i alternattivi tax-xogħol. Filwaqt li l-ħtieÄ¡a ta’ adattabilità u flessibbiltà fl-użu tal-ispazji hija importanti biex nilħqu l-ħtiÄ¡ijiet tal-Ä¡ejjieni tal-Università, inkluż fit-tfassil tal-proÄ¡etti ta’ twaqqigħ, hemm bżonn ukoll li jintgħażlu komponenti tal-bini li jkunu jistgħu jiÄ¡u żmantellati biex jerÄ¡għu jintużaw jew jiÄ¡u rriÄ‹iklati. Fl-istess waqt, il-binjiet eżistenti jistgħu jintużaw bħala laboratorju ħaj għar-riÄ‹erka fuq l-evalwazzjoni ta’ interventi u assessjar tal-prestazzjoni.

Innaqqsu, NerÄ¡għu Nużaw u NirriÄ‹iklaw l-Iskart  

Fl-Università diÄ¡à hemm proÄ‹eduri għar-rimi ta’ tipi differenti ta’ skart, bħall-iskart tal-apparat tal-IT u kimiku. Fl-istess waqt, se nibqgħu naħdmu biex niżviluppaw politika Ä‹ara għall-immaniġġjar tal-iskart b’miri għar-rimi tal-karti, il-plastik, l-iskart organiku, il-metalli, l-iskart elettroniku, l-iskart perikoluż, u t-terrapien tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ. Din għandha tinkludi strateÄ¡iji differenti li jinvolvu l-iżvilupp ta’ proÄ‹eduri u linji gwida, il-provvista ta’ infrastruttura, il-komunikazzjoni u inÄ‹entivi jew diżinÄ‹entivi, u l-infurzar, li jwasslu għat-tnaqqis, is-separazzjoni u r-rimi sigur ta’ kull tip ta’ skart solidu. L-akkwist ta’ materjali mmanifatturati b’mod sostenibbli, iÄ‹-Ä‹arezza dwar l-obbligi għall-immaniġġjar tal-iskart fil-kuntratti, u t-titjib fl-inventarji bl-iskop li naqsmu bejnietna l-istess riżorsi, nużawhom mill-Ä¡did jew nirkuprawhom, bħall-għamara, fi ħdan il-kampus huma wkoll miżuri importanti.

B’rabta mal-iskart, it-tnaqqis fl-użu tal-karta għandu jiÄ¡i assessjat minħabba l-kwantitajiet kbar ta’ karti li niġġeneraw. Għandu jiÄ¡i studjat ukoll il-potenzjal li niddiÄ¡italizzaw aktar (assenjamenti, eżamijiet b’eżerÄ‹izzji b’għażla multipla), filwaqt li nagħrfu li l-pjattaformi tal-VLE u l-AIMS diÄ¡à ħallew effett pożittiv. It-tneħħija tal-użu tal-plastik li jintuża darba biss fil-qasam tal-ikel u fid-dokumentazzjoni tal-assessjar, il-potenzjal li l-iskart organiku jinqaleb f’kompost, u l-ħażna sigura tal-iskart tal-kostruzzjoni, huma importanti wkoll. Fejn japplika, l-introduzzjoni ta’ dawn il-miżuri ssir bi proÄ¡etti pilota jew permezz tar-riÄ‹erka, filwaqt li l-Ä¡bir tal-informazzjoni b’mod regolari għandu jipprovdi l-evidenza neÄ‹essarja dwar il-progress.

Nestendu l-Miżuri ta’ EffiÄ‹jenza fl-EnerÄ¡ija  

Diversi miżuri ta’ effiÄ‹jenza fl-enerÄ¡ija u inizjattivi għall-enerÄ¡ija rinovabbli Ä¡ew implimentati fuq il-kampus u fil-Kulleġġ Ä an FranÄ¡isk Abela fl-aħħar snin. Dawn jinkludu l-ftuħ ta’ park solari għall-iġġenerar ta’ enerÄ¡ija rinovabbli, il-bdil tal-bozoz f’oħrajn effiÄ‹jenti fl-enerÄ¡ija, il-bdil ta’ tubi fluworexxenti u ta’ bozoz bl-aloÄ¡enu u s-sodju, u l-installazzjoni ta’ sistemi Ä‹entralizzati ta’ arja kkundizzjonata intelliÄ¡enti li tista’ tiÄ¡i kkontrollata bl-ethernet. Dawn l-inizjattivi differenti wasslu għal tnaqqis fl-impronta tal-karbonju tal-Università, u Ä¡ew iffrankati daqs 1,000 tunnellata ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-konsum annwali, filwaqt li l-konsum tal-enerÄ¡ija bejn l-2015 u l-2018 (inklużi) kien inqas mill-konsum tal-2014. Għadd ta’ binjiet fuq il-kampus għandhom il-konsum tal-enerÄ¡ija primarja taħt il-miri nazzjonali għall-binjiet mhux residenzjali b’konsum ta’ enerÄ¡ija baxx. 

Il-programm ta’ tnaqqis fl-emissjoni tal-karbonju jeħtieÄ¡ li jibqa’ sostnut matul is-snin li Ä¡ejjin b’enfasi kemm fuq l-investiment kontinwu f’sistemi Ä‹entralizzati ta’ arja kkundizzjonata effiÄ‹jenti li tista’ tiÄ¡i kkontrollata u li jistgħu jieħdu post l-air conditioners l-antiki, fuq l-użu ta’ miżuri passivi li jkomplu jgħinuna nnaqqsu d-domanda għall-konsum tal-enerÄ¡ija fil-binjiet, fuq l-installazzjoni ta’ sistemi fotovoltajÄ‹i fil-binjiet il-Ä¡odda, kif ukoll fuq l-użu ta’ sensors li meta jindunaw bil-preżenza ta’ xi ħadd jixegħlu d-dawl, b’risq l-immaniġġjar aktar effiÄ‹jenti tal-enerÄ¡ija.

Se nfasslu pjan dettaljat biex indaħħlu sistemi inteliÄ¡enti fil-binjiet l-antiki, u se niffukaw biex niksbu l-fondi neÄ‹essarji għar-restawr u r-rinovazzjoni tal-binjiet l-antiki ta’ fuq il-kampus. B’hekk, inkunu nistgħu inżidu n-numru ta’ binjiet b’konsum ta’ enerÄ¡ija baxx.

Nibżgħu għall-Ilma u Nnaqqsu l-Konsum  

L-ilma huwa riżorsa importanti f’Malta u l-konservazzjoni tiegħu toffri sfida kruÄ‹jali. Fuq il-kampus teżisti sistema effiÄ‹jenti għall-Ä¡bir tal-ilma tax-xita f’numru sinifikanti ta’ Ä¡ibjuni. L-ilma tat-tieni klassi li jinħażen f’dawn il-Ä¡ibjuni jintuża għat-tisqija u l-ilma li jinÄ¡abar fil-Ä¡ibjuni tal-binjiet il-Ä¡odda jintuża għall-ifflaxxjar tat-toilets. Madwar il-kampus Ä¡ew installati wkoll diversi għejun tal-ilma tax-xorb. Minkejja dan, se nippruvaw intejbu s-sistemi tal-Ä¡bir tal-ilma, inkluż dak li jinÄ¡abar fil-Ä¡ibjuni, biex jintuża mill-Ä¡did u jiÄ¡i rriÄ‹iklat. Dawn is-sistemi huma meħtieÄ¡a f’oqsma speÄ‹ifiÄ‹i fejn il-Ä¡bir tal-ilma fil-Ä¡ibjuni mhuwiex daqstant effettiv.

Barra minn hekk, filwaqt li ż-żieda fil-kuxjenza għall-konservazzjoni tar-riżorsi wasslet għal titjib fl-użu tal-ilma u tal-enerÄ¡ija f’bosta binjiet fuq il-kampus, se nkomplu naħdmu biex innaqqsu aktar il-konsum tal-ilma u, fejn hu possibbli, nippromwovu l-konservazzjoni tal-ilma b’kampanji edukattivi. Fejn hu prattiku, jistgħu jiÄ¡u adottati wkoll sistemi intelliÄ¡enti għal inqas ħela tal-ilma. Il-ħela tal-ilma fuq il-kampus, li tinkludi wkoll l-ilma li jintrema mil-laboratorji, tista’ tiÄ¡i indirizzata u l-infrastruttura għall-użu ta’ ilma griż għall-applikazzjonijiet sekondarji għandha tiÄ¡i estiża. Se nqisu l-possibbiltà li ninvestu f’impjant għar-riÄ‹iklar tal-ilma mormi fuq il-kampus biex ikun jista’ jintuża għat-tisqija tax-xtieli u s-siÄ¡ar li għandna fuq il-kampus.

Inħeġġu Miżuri ta’ Trasport Sostenibbli  

Fl-2011 l-Università adottat l-ewwel Pjan ta’ Vvjaġġar Favur l-Ambjent. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Università implimentat diversi inizjattivi li għandhom x’jaqsmu mal-ivvjaġġar ekoloÄ¡iku sal-Kampus tal-Imsida. Il-limitazzjoni fl-ispazji ta’ parkeġġ introdotta fil-Pjan Lokali tal-2006, isservi ta’ deterrent għaż-żieda fl-użu tal-karozzi sal-kampus u lura. Jekk l-immaniġġjar effettiv tal-parkeġġi jingħata prijorità, ikun jista’ jsir programm ta’ monitoraġġ li jipprovdi l-informazzjoni neÄ‹essarja fuq id-domanda tal-parkeġġ fil-Kampus tal-Università, u jitfassal pjan għall-immaniġġjar aħjar tal-parkeġġi fuq il-kampus, li jista’ jinkludi l-użu ta’ diżinÄ‹entivi finanzjarji li jkollok tħallas biex tipparkja.

Il-Kampus tal-Imsida għandu sistema diretta ta’ trasport pubbliku bejnu u kull lokalità f’Malta, u sistemi diretti u pronti li jwassluk saż-żoni tal-Park and Ride tal-Marsa u ta’ Pembroke. Se nkomplu nħeġġu biex tiżdied il-komunità ta’ dawk li jimxu u li jsuqu r-rota, u se naraw li ntejbu l-faÄ‹ilitajiet tal-kampus u ta’ ’l barra minnu. Il-ħolqien ta’ bankina mad-dawra tal-Università huwa investiment bżonjuż ħafna biex jiżdiedu s-sigurtà u l-aċċess fil-kampus. Se nikkunsidraw il-ħolqien ta’ rotot siguri għall-mixi u għar-roti li jwassluk sal-kampus u lura. Dawn jiÄ¡u proposti lill-gvern. Is-servizz ta’ trasport li jopera skont id-domanda jista’ jgħin b’mod pożittiv, l-użu tat-teknoloÄ¡ija tal-ismartphones tista’ tiffaÄ‹ilita l-monitoraġġ, u l-ivvjaġġar li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet Ä¡enerali tal-Università. L-Università se tikkunsidra wkoll li tieħu sehem fil-Ä imgħa Ewropea tal-Mobilità b’attivitajiet fil-jum bla karozzi li jiÄ¡i organizzat fil-pajjiżi Ewropej.

Inwasslu t-Taħriġ u r-Riċerka dwar is-Sostenibbiltࠠ

L-Università għandha s-setgħa li twassal struzzjoni u riÄ‹erka fuq prattiÄ‹i sostenibbli f’għadd ta’ istituti u dipartimenti tagħha. Il-Kunsill Studenti Universitarji u l-korpi studenteski l-oħra huma parteÄ‹ipanti attivi, bħal ħafna akkademiÄ‹i li huma konsulenti jew jaħdmu ma’ entitajiet tal-gvern jew ma’ għaqdiet mhux governattivi li jippromwovi prattiÄ‹i sostenibbli.    Madankollu, huwa meħtieÄ¡ li jingħata tagħlim u taħriÄ¡ lill-individwi, mhux biss lill-istudenti u l-akkademiÄ‹i, iżda anke lill-istaff ta’ għajnuna awżiljarja. Se nħeġġu li ssir reviżjoni tat-taqsimiet-studju relatati mas-sostenibbiltà, li qegħdin jiÄ¡u offruti, biex nimlew il-vojt fl-għarfien li hu meħtieÄ¡ jitwassal. Irridu nqisu li nintegraw prattiÄ‹i sostenibbli fil-programmi, u li s-sostenibbiltà tkun waħda mill-kisbiet tat-tagħlim li joħorÄ¡u mill-korsijiet. Għal dan il-għan, l-istudenti għandhom jingħataw aċċess għal taqsimiet-studju elettivi fil-programmi ta’ studju lil hinn mill-fakultà li jkunu rreÄ¡istrati magħha biex nippromwovu l-għażla ta’ taqsimiet-studju dwar is-sostenibbiltà. Għandna nħeġġu proÄ¡etti konÄ¡unti bejn individwi ta’ dixxiplini differenti. Għandhom jiÄ¡u introdotti wkoll korsijiet Ä¡enerali dwar l-apprezzament tal-flora u l-fawna lokali u dwar il-prattiÄ‹i ta’ sostenibbiltà.

Nippromwovu l-Prassi favur Ħajja Sana  

L-Università se tippromwovi żieda fl-aċċessibbiltà ta’ firxa usa’ ta’ ikel sustanzjuż fl-istabbilimenti kollha tal-ikel li hawn fuq il-kampus. Din l-inizjattiva se tkun segwita b’kampanja effettiva ta’ kuxjenza fuq kemm saħħitna tiddependi fuq dak li nieklu. Min-naħa tas-saħħa fiżika, minbarra li l-eżerÄ‹izzju fiżiku jtejjeb saħħet dawk li jiÄ¡u l-Università bil-mixi jew bir-rota, jeħtieÄ¡ li jkun hemm aktar promozzjoni biex inħeġġu stil ta’ ħajja b’saħħitha bis-saħħa tal-eżerÄ‹izzju u l-isport. Dan jirrikjedi infrastrutturi fuq il-kampus għas-saħħa fiżika u l-promozzjoni ta’ attivitajiet sportivi li jittellgħu fuq bażi regolari, kull semestru. L-Università se tikkonsolida l-politika tagħha ta’ kampus ‘ħieles mit-tabakk’.

Kontribuzzjoni oħra għal ħajja b’saħħitha tista’ ssir mill-Università billi tipprovdi taħriÄ¡ xieraq fuq programmi ta’ bilanÄ‹ bejn ix-xogħol u l-ħajja għall-istaff tagħha. Barra minn hekk, il-provvista akbar ta’ sigħat flessibbli ta’ xogħol għall-impjegati kollha tal-Università, tkompli ssaħħaħ din ix-xewqa ta’ stil ta’ ħajja b’saħħitha.

 


/about/strategy/pjanstrategiku2020-2025/impenjistrategici7-sostenibbilta/