Din it-taqsima tappartjeni għall-Pjan Strateġiku 2020-2025, li jestabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iÄ‹-Ä‹entri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha.
|
L-Istrateġiji Biex Nilħqu l-Għanijiet |
L-Impenji |
|
|
Il-librerija se jibqa’ jkollha rwol kruÄ‹jali fl-involviment, l-iżvilupp u l-kisbiet akkademiÄ‹i billi tipprovdi għażla wiesgħa ta’ riżorsi u servizzi għall-istudju, kemm b’mod fiżiku kif ukoll virtwali, u bil-ħiliet meħtieÄ¡a fil-litteriżmu tal-informazzjoni.
Qed nippjanaw li nirranÄ¡aw mill-Ä¡did inħawi differenti fil-librerija ħalli nkabbru l-użu tal-ispazji għall-istudju u nieħdu ħsieb il-ħtiÄ¡ijiet il-Ä¡odda u diversi ta’ kull min juża l-librerija. L-inizjattiva se żżid is-siġġijiet, ittejjeb l-akustika, tipprovdi spazju għall-faÄ‹ilitajiet u tippermetti l-flessibbiltà biex il-librerija tibqa’ għaddejja kuljum u l-ħin kollu 24/7.
F’konformità mal-istituzzjonijiet akkademiÄ‹i internazzjonali, il-librerija se tkompli tibqa’ favur l-Aċċess Ħieles għax-Xjenza. Għalhekk, se nistinkaw biex niżguraw li r-riżultati kollha tar-riÄ‹erka ġġenerata taħt l-awspiÄ‹i tal-Università, niÄ¡bruha, nippreservawha u nxerrduha. Ir-riżultati tar-riÄ‹erka u l-kontenut diÄ¡italizzat kollu se jittella’ fir-Repożitorju Istituzzjonali OAR@UM biex nagħmluhom iżjed aċċessibbli.
Barra minn hekk, il-librerija se tiġbor u timplimenta Politika għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tar-Riċerka u tipprovdi l-infrastruttura neċessarja biex issostni l-aċċess ħieles għall-informazzjoni.
Il-librerija se taħdem ukoll fuq proÄ¡ett ta’ diÄ¡italizzazzjoni biex ittejjeb il-viżibbiltà u l-preservazzjoni tal-Kollezzjonijiet SpeÄ‹jali u prezzjużi tagħha. Se niżviluppaw riżorsi ta’ arkivjar ħalli nippriservaw il-memorja istituzzjonali u nazzjonali.