¸£ÀûÔÚÏßÃâ·Ñ

Nimmaniġġjaw il-proċessi

Nimmaniġġjaw il-proċessi

Malta's flagGreat Britian's flag

 

Nimmaniġġjaw il-Proċessi filwaqt li nżommu lill-Istudenti fil-Mira Tagħna

 

Din it-taqsima tappartjeni għall-Pjan Strateġiku 2020-2025, li jestabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iÄ‹-Ä‹entri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha.  

 

  L-IstrateÄ¡iji Biex Nilħqu l-Għanijiet

   L-Impenji

  • Nimmaniġġjaw u niżviluppaw proÄ‹essi bl-istudenti fil-mira tagħhom
  • Intejbu l-proÄ‹essi tal-istudenti mid-dħul tagħhom fl-Università sal-gradwazzjoni
  • NintroduÄ‹u Uffiċċju għas-Servizzi tal-Istudenti miÄ¡bura taħt saqaf wieħed 
  • Inwaqqfu taqsima apposta għaÄ‹-Ä‹erimonji, iÄ‹-Ä‹ertifikazzjoni u r-rekords 
  • Inżidu d-diÄ¡italizzazzjoni u nnaqsu l-proÄ‹essi bbażati fuq il-karti 
  • NintroduÄ‹u s-sistema ta’ skeda awtomatizzata għal-lezzjonijiet u l-eżamijiet
  • Insaħħu l-funzjonalità tas-Sistema tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tal-Istudenti
  • Inżidu s-servizzi disponibbli għall-istudenti u l-istaff permezz tal-app tal-Università
  • Nippermettu l-funzjonalità awtomatizzata għat-tlugħ elettroniku tal-marki u l-għoti tal-kummenti fuqhom 
  • Nadottaw sistema tal-informatika għall-immaniġġjar tal-proÄ‹essi bbażati fuq l-evidenza

 

L-Università ta’ Malta hija impenjata biex taqdi l-ħtiÄ¡ijiet tal-istudenti, l-istaff, l-alumni u l-partijiet interessati esterni kollha, kemm prospettivi kif ukoll attwali. Nagħrfu l-ħtieÄ¡a għall-effiÄ‹jenza fil-provvista tal-proÄ‹essi bl-istudenti fil-mira fl-oqsma tal-applikazzjonijiet, l-iskedar u l-assessjar, kif ukoll fl-assigurazzjoni tal-integrità u l-kunfidenzjalità tar-rekords akkademiÄ‹i tal-istudenti.

L-Università se tkompli tanalizza l-programmi biex ittejjeb is-servizz li tipprovdi lill-partijiet interessati interni u esterni. L-iżvilupp tal-proÄ‹essi, id-deÄ‹iżjonijiet u l-implimentazzjoni se jkun iffukat fuq l-istudenti ħalli noffrulhom l-aqwa esperjenza edukattiva possibbli. Se ninvestu u niffukaw fuq it-twassil tal-aqwa sapport teknoloÄ¡iku u loÄ¡istiku li jiffaÄ‹ilita l-proÄ‹essi essenzjali tal-istudenti billi:

  • inwieÄ¡bu għat-talbiet ta’ informazzjoni dwar il-programmi;
  • nimmaniġġjaw l-operat tar-reÄ¡istrazzjoni tal-istudenti u t-tnedija tal-programmi ta’ studju;
  • nippjanaw u nwettqu l-loÄ¡istika kollha relatata mal-programmi edukattivi;
  • nikkordinaw l-użu tas-swali tal-lekÄ‹ers u l-ispazju tal-kampus li jinqasam bejn bosta taqsimiet;
  • niżguraw l-aqwa użu possibbli tal-opportunitajiet kollha ta’ struzzjoni li huma disponibbli għall-istudenti;
  • norganizzaw il-proÄ‹essi ta’ assessjar u l-loÄ¡istika tal-eżamijiet;
  • niÄ¡bru u nirreÄ¡istraw l-assessjar tal-istudenti u l-informazzjoni fuq il-programmi akkademiÄ‹i;
  • nikkordinaw u nipproduÄ‹u Ä‹ertifikazzjoni uffiÄ‹jali;
  • nipprovdu l-għajnuna biex niddeterminaw l-eliÄ¡ibbiltà għall-progress akkademiku;
  • ninfurmaw lill-istudenti u l-akkademiÄ‹i fuq l-għarfien tal-kwalifiki minn pajjiż għal ieħor;
  • nipprovdu informazzjoni relevanti u fil-ħin biex nassistu fit-teħid ta’ deÄ‹iżjonijiet istituzzjonali.

Uffiċċju għas-Servizzi tal-Istudenti Taħt Saqaf Wieħed

Għandna l-għan li nwaqqfu uffiċċju li jieħu ħsieb it-talbiet u s-servizzi meħtieÄ¡a mill-istudenti li jidħlu l-Università. Dan l-Uffiċċju għas-Servizzi tal-Istudenti Taħt Saqaf Wieħed joffri lill-istudenti tal-programmi akkademiÄ‹i kollha l-kumdità li jmorru jew jikkuntattjaw uffiċċju wieħed biex jitkellmu ma’ uffiÄ‹jali mħarrÄ¡a dwar il-proÄ‹ess tad-dħul fl-Università, ir-rekords akkademiÄ‹i u l-kwistjonijiet finanzjarji. Dan l-ispazju komuni jippermetti wkoll lill-membri tal-istaff iddedikati għall-oqsma tas-servizzi rispettivi tagħhom biex jinteraÄ¡ixxu, jirrelataw u jikkoperaw ħalli jsolvu l-problemi b’mod aktar effettiv u effiÄ‹jenti. 

Iċ-Ċerimonji, iċ-Ċertifikazzjoni u r-Rekords

Se nistabilixxu taqsima għaÄ‹-Ä‹erimonji, iÄ‹-Ä‹ertifikazzjoni u r-rekords fi ħdan l-Uffiċċju tad-Dħul fl-Università u tar-Rekords biex jieħu ħsieb speÄ‹ifikament l-organizzazzjoni tal-ftuħ, il-gradwazzjonijiet u avvenimenti uffiÄ‹jali oħra, kif ukoll il-ħruÄ¡ tat-traskrizzjonijiet, is-supplimenti tad-diplomi u dokumentazzjoni uffiÄ‹jali oħra għall-istudenti u l-alumni.

Id-Diġitalizzazzjoni tad-Dokumenti

L-Università se tfittex modi kif tnaqqas id-dokumenti stampati għal aktar sostenibbiltà u effiÄ‹jenza, u minflokhom tuża mezzi elettroniÄ‹i siguri. Din l-istrateÄ¡ija se taffettwa l-proÄ‹essi kollha tal-istudenti li għadhom ma Ä¡ewx diÄ¡italizzati, mid-dħul sal-gradwazzjoni tagħhom.

Se noħolqu opportunitajiet biex, bla dewmien, il-formoli tat-talbiet maħruġa fuq il-karti, bħall-formoli għall-bdil tat-taqsimiet-studju jew għall-estensjoni fl-istudju, ikunu disponibbli fuq l-internet.

ProÄ¡ett kumpless ieħor se jkun jinvolvi l-iżvilupp ta’ metodi biex inqassmu Ä‹-Ä‹ertifikazzjoni permezz ta’ pjattaformi diÄ¡itali siguri ddisinjati apposta. ProÄ¡ett ieħor li jeħtieÄ¡ kordinazzjoni multilaterali hu dak tal-ħolqien ta’ sistemi awtomatiÄ‹i ta’ għarfien ma’ istituzzjonijiet edukattivi oħra.

L-Iskedar Awtomatiku tal-Lezzjonijiet u l-Eżamijiet

B’kollaborazzjoni ma’ diversi dipartimenti amministrattivi, l-Università se tintroduÄ‹i software għall-iskedar tal-lezzjonijiet u l-eżamijiet. Se nevalwaw il-funzjonalitajiet il-Ä¡odda li jiżdiedu b’dan is-software il-Ä¡did għall-immaniġġjar tal-Università, biex inżidu l-użu tat-teknoloÄ¡ija fil-proÄ‹essi tagħna tal-immaniġġjar. Bis-saħħa ta’ applikazzjonijiet stabbiliti għall-allokazzjoni tal-faÄ‹ilitajiet, se ngħinu l-Università tuża l-ispazju fiżiku bl-aħjar mod li tista’, ħaÄ¡a li għandha tgħin fit-tnaqqis tal-ħela tal-enerÄ¡ija li jkun hemm fil-bini li ma jkunx qed jintuża b’mod sħiħ.   

Sistema tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tal-Istudenti

Is-Sistema tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni tal-Istudenti u l-App tal-Università MyUM se jkomplu jiÄ¡u żviluppati biex jipprovdu karatteristiÄ‹i u servizzi Ä¡odda għall-istudenti. Din il-funzjonalità mtejba se tassisti l-Università biex ikollha s-servizzi applikabbli kollha tal-istudenti offruti fuq l-internet, u b’hekk inneħħu l-formoli stampati u l-mistoqsijiet bil-posta elettronika li jieħdu l-ħin biex jiÄ¡u pproÄ‹essati u solvuti. L-Università se tevalwa l-proÄ‹essi meħtieÄ¡a ħalli l-istudenti jibdew ikunu responsabbli mit-tibdil fir-reÄ¡istrazzjoni, il-kurrikulu u l-programmi ta’ studju. L-Università qiegħda taħseb biex tattiva l-funzjonalità tal-ambjent virtwali tat-tagħlim eżistenti ħalli l-istaff akkademiku jkun jista’ jibda jdaħħal il-marki direttament, u biex tħeġġeÄ¡ l-għoti volontarju tar-reazzjonijiet dwar il-korsijiet.

L-Applikazzjonijiet tal-Mobile

It-teknoloÄ¡ija tal-mobile qed tikber, u magħha l-aspettattivi tal-istudenti. Se nippromwovu t-teknoloÄ¡ija ħalli niddeterminaw liema servizzi jistgħu jiÄ¡u offruti bl-App tal-Università. It-tħassib ewlieni fuq l-użu ta’ din it-teknoloÄ¡ija huwa fuq is-sigurtà tad-dettalji personali tal-istudenti, ir-rekords u l-privatezza. Is-servizzi u l-proÄ‹essi, bħal dawk relatati mar-reÄ¡istrazzjoni tal-istudenti l-Ä¡odda u r-riżultati tat-taqsimiet-studju diÄ¡à huma disponibbli f’din l-applikazzjoni. Se jiÄ¡u introdotti wkoll servizzi Ä¡odda, bħall-orarji u tfakkiriet għal skadenzi importanti lill-istudenti u l-istaff.

Sistema tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni

L-Università għandha ammont vast ta’ informazzjoni marbuta mal-istudenti li kapaÄ‹i tinfluwenza l-politika b’mod sinifikanti. L-analiżi u l-organizzazzjoni ta’ din l-informazzjoni jżidu t-teħid tad-deÄ‹iżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u jidentifikaw opportunitajiet għal titjib. L-Università se timxi ’l quddiem bl-implimentazzjoni ta’ sistema tal-immaniġġjar tal-informazzjoni li għandha tipprovdi l-informazzjoni fil-waqt dwar l-istudenti, il-programmi u l-allokazzjoni tar-riżorsi għad-dekani, il-kapijiet u l-amministraturi tad-dipartimenti, u d-diretturi tat-taqsimiet akkademiÄ‹i u amministrattivi. Bl-użu ta’ sistema ppruvata u ttestjata, inkunu nistgħu:

  • intejbu l-kollaborazzjoni interdixxiplinarja ta’ bejn it-taqsimiet akkademiÄ‹i u amministrattivi;
  • niddiskutu, nanalizzaw, naqsmu u nieħdu deÄ‹iżjonijiet ibbażati fuq l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni;
  • noħorÄ¡u statistika u analiżi li jkunu aċċessibbli minn pjattaformi elettroniÄ‹i interni;
  • nissimplifikaw il-Ä¡abriet tal-informazzjoni li jiddependu minn varjabbli ta’ informazzjoni simili, biex neliminaw id-dħul manwali doppju tal-programmi ta’ studju, it-taqsimiet-studju, l-iskedar u l-allokazzjoni tal-ispazji tat-tagħlim.

L-Università se tkun tista’ toħroÄ¡ b’soluzzjonijiet aħjar biex ittejjeb il-kwalità tar-riÄ‹erka, it-tagħlim, is-servizzi tal-istudenti, l-isforzi kummerÄ‹jali li jippromwovu r-reklutaġġ tal-istudenti, u żżid l-effiÄ‹jenza tal-operat u ttejjeb ir-riżorsi finanzjari.

 


/about/strategy/pjanstrategiku2020-2025/impenjistrategici8-servizziusapportamministrattiv/nimmaniggjawilprocessi/