Waqt dan il-programm iseħħ inkontru mal-'Għazliet' li għamlu diversi nisa matul il-ħajja tagħhom li permezz tal-ġesti, sagrifiċċji u dedikazzjoni għenu jew saħansitra biddlu l-ħajja tal-oħrajn, ħafna drabi bl-aktar mod silenzjuż. Niltaqgħu ma' żewġ nisa kull programmm li jirrakkuntaw l-istorja tagħhom u flimkien ma' espert/a nippruvaw nifhmu ftit aktar x'wassal biex il-protagonisti tagħna jagħtu ħajjithom u jiddedikaw lilhom infushom b'dan il-mod għall-oħrajn.
Preżentazzjoni ta' Dulcima Aquilina u Andrew Azzopardi.
Il-programm ikompli jiddiskuti n-narrattivi tal-protagonisti li matul ħajjithom għamlu għażliet li b'tant imħabba u dedikazzjoni, għenu jew saħansitra bidlu l-ħajja tal-oħrajn, ħafna drabi b'mod silenzjuż. Dulcima Aquilina tintervista lill-persuni involuti kif ukoll jixxandar 'vox pop' u wara Dr Katya Degiovanni tanalizza dawn l-istejjer ma' esperti ħalli jgħinuna nifhmu l-lezzjonijiet li għandna nisiltu minnhom.
Preżentazzjoni ta' Dulcima Aquilina.
Fl-iskeda tas-sajf Għażliet ser jinkuldi t-tfal u l-adoloxxenti bħala ko-preżentaturi, fejn flimkien ma' Dulcima u mal-esperti jiddiskutu temi varji mill-perspettiva tagħhom, minn politika sa temi kulturali, suġġetti soċjali u ħafna aktar.
Preżentazzjoni ta' Dulcima Aquilina.