L-idea hija li jkollna siegħa fil-Ä¡imgħa fejn jiena nitħaddet regolarment ma' Charles Coleiro dwar l-esperjenzi tiegħu fil-qasam tal-Għana li jmorru lura aktar minn 60 sena u jinkludu l-konkorsi tal-Imnarja fil-Buskett matul is-snin 50 u 60, l-ewwel programmi tal-għana fuq TVM fis-snin 70, u l-ħolqien tal-Għanafest fis-snin 90 fost aspetti oħra mill-istorja kulturali ta' Malta moderna. F'dawn it-taħdidiet niddiskutu figuri li huma meqjusa fost l-aktar storikament sinifikanti f'dan il-Ä¡eneru mużikali. Uħud minn dawn il-personalitajiet jeżistu monumenti għalihom (eż, Mikiel Abela l-Bambinu, Indrì Brincat il-Pupa, Frans Baldacchino l-Budaj, Pawlu Seychell l-Għannej, Angela Mifsud iÄ‹-ÄŠalija, Fredu Abela l-Bamboċċu, eċċ.). Apparti l-konverżazzjoni ta' bejnietna, f'kull programm insemmgħu wkoll siltiet ta' għana relevanti mill-kollezzjoni personali ta' Charles Coleiro kif ukoll mill-arkivji eċċellenti ta' Campus 103.7, l-Università ta' Malta, u l-PBS.