¸£ÀûÔÚÏßÃâ·Ñ

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana

Ä rajjiet u Fatti fl-Għana hija sensiela ta’ programmi għar-radju li tħares lejn il-wirt ħaj tal-għana Malti permezz ta’ wieħed mill-aktar għannejja magħrufa f’dan il-qasam: Ä użeppi Spagnol. F’kull programm, il-Professur Toni Sant jiltaqa’ ma’ Å»eppi Spagnol biex jiddiskuti fatt, jiÄ¡ifieri biċċa għana li ġġorr magħha storja, Ä¡rajja jew riflessjoni fuq xi tema soÄ‹jali jew umana. Il-fatti tradizzjonali dwar delitti u diżgrazzji jiżżewqu ma' oħrajn dwar Ä¡rajjiet ta’ individwi magħrufa u episodji mill-istorja. B'hekk l-udjenza ta’ din is-sensiela toqrob aktar lejn l-għeruq tat-tradizzjoni tal-għana tal-fatt, fejn il-kelma u l-verità jingħaqdu f’forma ta’ poeżija spontanja u mimlija emozzjoni.

Il-programmi jinkludu reÄ¡istrazzjonijiet awtentiÄ‹i ta’ Å»eppi jgħanni, kummenti mingħandu dwar il-kuntest ta’ kull fatt, u diskussjoni flimkien ma’ Toni Sant dwar l-importanza kulturali u storika tal-għana bħala mezz ta’ komunikazzjoni u espressjoni Maltija. Din is-sensiela mhux biss tħares lejn it-tradizzjonijiet mill-imgħoddi, imma tressaq ukoll ħarsa Ä¡dida lejn kif l-għana jista’ jibqa’ rilevanti fis-soÄ‹jetà kontemporanja.

Ä rajjiet u Fatti fl-Għana ma’ Ä użeppi Spagnol u Toni Sant, fejn kull kelma tgħid storja, u kull fatt juri l-qalb tal-poplu Malti

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana | 1

Ġrajjiet u Fatti fl-Għana | 2


/services/campus1037/ondemand/malteselanguagehistoryculture/rajjietufattifl-gana/